Left arrow Mur Lura

ESTENZJONI GĦALL-ĠBIR U MILI TA’ FORMOLI TA’ REĠISTRAZZJONI TAL-L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK

PR0914
Date Icon 19/05/2010

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jixtieq jinfoma lill-pazjenti li huma ntitolati għall-mediċina b’xejn mingħand il-Gvern u, li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, li minħabba r-rispons kbir li kien hemm mill-pubbliku, iż-żmien għar-reġistrazzjoni ġie estiż sal-31 ta’ Mejju 2010.

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jixtieq jinforma lill-pazjenti li l-Formola tar-Registrazzjoni għall-‘Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’ tista tiġi ffirmata kemm mit-tabib/a privat/a kif ukoll mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa / l-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Pazjenti li għandhom il-Kartuna s-Safra u d-Dijabetiċi biss għandhom jirreġistraw ma’ din l-Iskema.

Il-Formola tar-Registrazzjoni mimlija għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irregistra magħha. Flimkien mal-Formola tar-Registrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn.

Għar-Reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-formola uffiċjali pprovduta mid- Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.

Min għandu bżonn aktar informazzjoni għandu jċempel fuq 2244 1800 jew 2210 6350.

Lista Spiżeriji f’Għawdex

DOI – 19.05.2010

Spiżeriji f’Għawdex

1. Lauretana Pharmacy - 36, Triq l- Mġarr, Għajnsielem 

2. Sokkors Pharmacy - Triq San Girgor, Kercem 

3. Tony's Pharmacy - Triq l- Qbajjar, Marsalforn 

4. Nadur Pharmacy - Pjazza 28 ta’ April 1688, Nadur 

5. Vella Pharmacy - 15, Triq 13 ta' Diċembru Nadur 

6. St. Joseph Pharmacy - 28, Pjazza San Gużepp, Qala 

7. Pisani Pharmacy - N.B. Triq Sannat, Sannat 

8. Abela's Pharmacy - 42, Triq De Soldanis, Rabat 

9. Batu Pharmacy - 38, Triq il- Palma, Rabat 

10. Castle Pharmacy - 2, Pjazza Indipendenza, Rabat 

11. Palm Pharmacy - 2, Triq il- Palma, Rabat 

12. Tac-Cawla Pharmacy - ‘Marga’, Triq Dr. A. Tabone, Rabat 

13. Joyce's Pharmacy - Vjal it- 8 ta’ Settembru, Xaghra 

14. Xaghra Pharmacy - Triq il- Knisja, Xaghra 

15. Gozo Chemists - Triq l- Mġarr, Xewkija 

16. St. John's Pharmacy - 85, Triq l-Indipendenza, Xewkija 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow