Left arrow Go Back

FILM GĦAT-TELEVIŻJONI RUSSA JINĠIBED F’GĦAWDEX

PR0912
Date Icon 19/05/2010

F’dawn l-aħħar ġimgħat, crew magħmul minn madwar mitt persuna barranija kienu f’Għawdex biex jinġibdu partijiet minn film għat-televiżjoni. Il-film ‘Last Romans’ bi produzzjoni ta’ Cinema Production tar-Russja, huwa bbażat fl-Ażerbaijan fl-1989 meta dan il-pajjiż kien għaddej minn żmien ta’ taħwid politiku li ppreċeda l-waqgħa ta’ dik li kienet l-Unjoni Sovjetika. Waqt il-ġbid tal-film f’Għawdex ħadu sehem madwar 62 attur fosthom numru ta’ extras li huma residenti Għawdex. Il-kumpanija Maltija Film Corporation Ltd., kienet strumentali biex inġieb il-crew barrani f’Għawdex.

Waqt żjara fuq is-sit fejn kienu qed jinġibdu partijiet mill-film, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, faħħret l-inizjattiva ta’ din il-kumpanija. Hija qalet li minbarra l-valur ekonomiku, inizjattivi bħal dawn iridu jiġu kkunsidrati f’kuntest ta’ valur promozzjonali kemm mil-lat turistiku kif ukoll biex jiġi skopert aktar il-potenzjal ta’ Għawdex f’dan il-qasam.

Il-karatteristiċi diversi tal-gżira flimkien ma’ distanzi relattivament qosra huma żewġ elementi ewlenin minn diversi vantaġġi li jista’ joffri Għawdex fil-qasam tal-pubbliċità u ċ-ċinema. Id-direttur ta’ Film Corporation Ltd (Malta), Mark Pace spjega lil Ministru Debono kif tqassam il-filming f’Għawdex u kif dan ser ikun magħqud ma’ xeni oħra miġbuda f’Malta li mistennija jintemmu sa l-4 ta’ Ġunju. Huwa faħħar is-servizzi u l-għajnuna li ngħataw f’Ghawdex u qal li sabu koperazzjoni qawwija mit-taqsima tas-Salib l-Aħmar kif ukoll mill-Korp tal-Pulizija f’Għawdex.

Sadanittant xogħol ta’ post-produzzjoni fuq il-film ‘Last Romans’ mistenni jkun lest sa l-aħħar ta’ Diċembru biex imbagħad ikun jista’ jibda jintwera fuq stazzjon tat-televiżjoni Russa għal nofs Jannar. Wara mistenni jintwera wkoll fuq diversi stazzjonijiet televiżivi madwar l-Ewropa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow