Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA`, WAQT L-IBD AWARENESS ACTIVITY – SPTAR MATER DEI – IT-TLIETA, 18 TA’ MEJJU 2010

PR0903
Date Icon 18/05/2010

Id-19 ta’ Mejju huwa l-jum dinji tal-IBD – Irritable Bowel Disease. Biex jitfakkar dan il-jum, il-Malta Association of Crohn’s and Colitis (MACC) organizzat kampanja estensiva sabiex ikun hawn aktar kuxjenza dwar din il-kundizzjoni.

Il-membri tal-MACC huma familji ta’ tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-IBD (fosthom Crohn’s Disease u Ulcerative Colitis), adoloxxenti u adulti. L-MACC huwa forum li permezz tiegħu l-membri jiddiskutu l-problemi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.

L-Irritable Bowel Disease hija kundizzjoni kronika marbuta ma’ żewġ fatturi importanti, il-ġenetika u l-istil ta’ ħajja li ngħixu, speċjalment l-ikel li nieklu. Għalkemm mhux faċli li wieħed jifhem eżatt il-kawża tal-bidu ta’ din il-kundizzjoni, jidher li hemm rabta wkoll ma’ liema parti tal-imsaren jiġu affettwati.

Fit-tfal, huwa kkalkulat li tifel jew tifla minn kull 80,000 għandhom din il-kundizzjoni. L-aħħar statistika li għandna turi li f’pajjiżna hemm madwar 1,100 każ. Dan l-aħħar fl-Isptar Mater Dei kien hemm titjieb konsiderevoli fis-servizzi tad-Day Care Unit tat-tfal. Dan ifisser li tfal li għandhom l-IBD issa jistgħu jgawdu minn servizz multi dixxiplinarju f’ambjent iktar kalm u trankwill.

Nixtieq nieħu din l-opportunita` biex nirringrazzja lit-tim ta’ tobba, infermiera, dieticians u speċjalisti diversi li qed jaħdmu ħafna biex itejjbu l-kwalita` tal-ħajja ta’ dawn il-pazjenti.

Il-preżenza tal-media f’din l-okkażjoni hija importanti ħafna għaliex ħafna drabi l-IBD hija marbuta wkoll ma’ nuqqas ta’ informazzjoni. Nixtieq, pero`, nirringrazzja lill-media Maltija ta’ kemm hija disponibbli lejn l-MACC u l-kundizzjoni tal-IBD. Xorta waħda għandna nibqgħu nisqħu fuq aktar għarfien għaliex dijanjożi tal-IBD kmieni tfisser li persuna tista’ tgħix aħjar bill-kundizzjoni li tibqa’ biha tul il-ħajja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow