L-ONOR JASON AZZOPARDI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGHAR U ARTIJIET, IŻUR IL-KOOPERATTIVA OUTLOOK
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum żar il-ko-operattiva Outlook fl-uffiċċji tagħha f’Ħal Qormi fl-okkażjoni tal-15-il sena anniversarju bħala ko-operattiva rreġistrata. Is-Segretarju Parlamementari nnota b’sodisfazzjon is-suċċess li għamlet din l-organizzazzjoni li llum tħaddem 12-il impjegat.
Jason Azzopardi qal li is-sistema ta’ kooperattiva għad tista’ tkun utilizzata aħjar lokalment, għax toffri vantaġġi li sistemi oħra ma joffrux. Hija sistema li tippresta ruħha għal xenarji differenti u li Outlook Co-op hija eżempju ċar ta’ dan, għax is-sena li għaddiet għamlet turn-over ta’ €1.2 miljun.
Jason Azzopardi bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-qasam, saħaq fl-importanza u l-impenn li l-Gvern għandu biex ikompli jsaħħaħ il-ko-operattivi lokali, biex dawn joktru u jkomplu jikkontribwixxu lill-ekonomija.
Intant Hilary Caruana f’isem Outlook Co-op, qal li l-ko-operattiva tħares lejn il-futur b'ottimiżmu minkejja d-diffikultajiet ekonomiċi. B'investiment għaqli fir-riżorsi tagħha, speċalment dik umana, Outlook qed tħares li tinvesti fi proġetti interessanti, fosthom fil-qasam tal-enerġija, inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni u t-taħrig. Huwa kompla li Outlook temmen li l-koperattivi, meta mmexxija fuq prattiċi ta' management modern u effiċjenti, jistgħu jkunu s-soluzzjoni ideali għall-intrapriża effettiva fiż-żminijiet ta' llum.
Outlook Co-op tispeċjalizza fid-disinn u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ management u komunikazzjoni. Outlook Co-op tgħin fil-formulazzjoni ta’ strateġiji u fl-implimentar ta’ bidliet għar-ristrutturar ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet. Il-kooperattiva teċċella fl-oqsma tar-ristrutturar ta’ SMEs, ħiliet ta’ entrepreneurship, u edukazzjoni. Toffri ukoll possibilitajiet ta’ taħriġ lill-organizzazzjonijiet privati kif ukoll pubbliċi.
Outlook Co-op tipprovdi ukoll għażla ta’ servizzi fil-Komunikazzjoni li jinkludu PR, Disinn, Print u produzzjonijiet tal-Media. Dan isir bi specjalizzazzjoni fil-layout u d-disinn ta’ kotba u magazines. Il-ko-operativa għandha fil-portfoljo tagħha numru ġmielu ta’ pubblikazzjonijiet lokali importanti kif ukoll internazzjonali.
Tul is-snin, Outlook stabbiliet ruħha bħala waħda mill-aġenziji ta’ management u marketing ewlenija lokalment. Illum id-dipartiment tal-management fi ħdan il-Co-op jispeċjalizza f’li jġib fondi tal-UE għal bosta NGOs u għaqdiet volontarji, filwaqt li jipprovdi konsulenza dwar ESF u ERDF. Fl-aħħar 4 snin, Outlook immaniġġjat ‘l fuq minn €5 miljun.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990