Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA

PR0897
Date Icon 17/05/2010

Qed issir referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex temporanjament tissospendi l-partecipazzjoni ta’ Malta fil-Programmi ‘Youth in Action’ u ‘Lifelong Learning’. Kuntrarjament għal dak li qed jiġi allegat fil-midja, m'hemm ebda indikazzjoni ta' frodi jew saħansitra xi suġġeriment mill-Kummissjoni Ewropea f'dan is-sens.

Lanqas hu minnu li l-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF) għamel xi investigazzjoni fuq il-ħidma tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Impjieg u l-Familja bħala l-Awtorita’ Nazzjonali tal-Programmi jew tal-European Unit Programme Agency (EUPA) bħala aġenzija li timplimenta dawn il-Programmi.

Anke l-allegazzjoni li l-Awdituri tal-Kummissjoni Ewropea issospendew il-parteċipazzjoni ta Malta fil-Programmi  wara li rrifjutaw il-verifiki tal-finanzi fuq xogħol li sar minn awdituri fi ħdan l-EUPA m’hix korretta. 

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex temporanjament tissospendi l-Programmi ‘Youth in Action’ u ‘Lifelong Learning’ hija prekawzzjoni sakemm jiġu msaħħa proċeduri amministrattivi ta’ kontroll u rappurtar fl-Awtorita’ Nazzjonali u l-EUPA. Din is-sospensjoni titneħħa ladarba l-Kummissjoni Ewropea tkun sodisfatta li l-miżuri korrettivi ġew implimentati. F’dan ir-rigward qed jittieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji biex din is-sospensjoni titneħħa mill-iktar fis possibli.

Il-Kummissjoni talbet lill-EUPA biex tkompli tonora l-kuntratti li daħlet għalihom ma’ individwi u organizzjonijiet taħt iż-żewġ Programmi ‘Youth in Action’ u ‘Lifelong Learning’. Barra minn hekk il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet Maltin u individwi fl-azzjonijiet ċentralizzati mhux ser tkun affettwata. Il-mobilità ta’ ċittadini ta' pajjiżi oħra lejn Malta tibqa’ wkoll eliġibbli taħt l-azzjonijiet deċentralizzati.

B’referenza għal dak li ġie rappurtat li wieħed mill-managers tal-Programmi hu Alessandro Cristina, iben il-Ministru Dolores Cristina, irid jiġi preċiżat li hu ġie impjegat mal-EUPA wara sejħa pubblika seba’ snin ilu.  Hu kien daħal f’dan l-impjieg wara proċess kompetittiv ta’ ingaġġ. Dak iż-żmien il-Ministru Cristina ma kenitx il-Ministru responsabbli ghall-Edukazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow