Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, JIFRAĦ LIT-TIM MALTI TAĊ-CHALLENGE 8000.

PR0896
Date Icon 17/05/2010

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, jawgura lil Robert Gatt, Gregory Attard u Marco Cremona wara li rnexxielhom jitilgħu sal-quċċata tal-Muntanja Everest, l-ogħla muntanja fid-Dinja.

Clyde Puli qal li dan is-suċċess ifisser li din kienet l-ewwel darba li l-bandiera Maltija tpoġġiet fl-ogħla quċċata tad-Dinja. Fil-fatt il-kontinġent Malti irnexxielu jilħaq il-quċċata tal-muntanja f’għoli ta’ 8,848 metru kmieni t-Tnejn filgħodu.

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli rringrazzja lill-Kunsill Malti għall-iSport li fost oħrajn, permezz tal-faċilitajiet tiegħu, il-kontinġent Malti seta’ jwettaq t-taħriġ meħtieġ qabel din l-espedizzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow