Left arrow Mur Lura

KAMPANJA KONTRA L-EUROMELAA

PR0889
Date Icon 17/05/2010

Issa li qieghed joqrob is-Sajf, id-Dipartiment tad-Dermatologija flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard qed isostni bil-kampanja tiegħu biex iqajjem aktar kuxjenza dwar il-ħsara li tagħmel ix-xemx.

L-għan ewlieni  huwa li jgħarraf aktar lil kulħadd kif ghandna nilqgħu għal ħsara li tista ssir għal saħħitna u kif nistgħu nbidlu xi ftit l-aġir tagħna biex nibqgħu b’saħħitna anka matul ix-xhur sħan tas-sajf.

Is-saħħa tiġi affettwata b’diversi modi meta l-bniedem ikun espost għax-xemx qawwija bħal m’għandna f’pajjizna.  Huwa magħruf li problemi bħal kanċer tal-ġilda, il-kataretti fl-għajnejn u mard ieħor ta’ l-għajnejn, kif ukoll il-fatt li l-ġilda titkemmex u tixjieħ kmieni, huma kollha marbutin ma kemm inqattgħu ħin fix-xemx.

Ir-rata ta’ melanoma, jew inkella kanċer tal-gilda fost il-Maltin għalkemm mhix allarmanti s’issa, qeda dejjem tiżdied u jekk nibqgħu ma nieħdux il-prekawzjonijiet meħtieġa, ser inkomplu nżidu sew r-riskju tal-melanoma. Li rridu ndaħħlu f’moħħna kollha kemm aħna hi, li rridu nbiddlu xi ftit jew wisq d-drawwiet tagħna. 

M’għadux iż-żmien fejn familji jmorru ġurnata sħiħa fejn il-baħar bit-tfal meta nafu li x-xemx tagħmel daqshekk ħsara speċjalment f’eta’ zgħira.  Illum il-gurnata ħafna familji fehmuha din u jmorru l-baħar wara l-erbgħa ta’ wara nofs in-nhar jew kmieni filgħodu.  It-trabi sa sena u nofs m’għandhomx jinħarġu fix-xemx.

Li nfittxu d-dell hija forsi l-aktar parir sempliċi li nistgħu nagħtu għalkemm dan mhux dejjem possibli.  Fejn nistgħu, rridu noħolqu d-dell aħna.

Prekawzjonijiet oħra li nirrikomandaw jinkludu l-fatt li ma noqgħodux fix-xemx anka jekk mhux ħdejn il-baħar bejn il-11.00 ta’ filgħodu u l-4.00 ta’ wara nofs in-nhar.

L-użu tas-suncream addattat ukoll għandu l-importanza tiegħu, b’aktar attenzjoni għat-tfal. Huwa rrakkomandat li nieħdu prekawzjonijiet oħra bħal ngħidu aħna li jintlibes in-nuċċali tax-xemx għax bla nuċċali taċċellera problemi fl-għajnejn bħal kataretti. Il-lenti tan-nuċċali għandu jkollhom protezzjoni totali (100%); u jintlibsu brieret jew kpiepel ukoll.

Huwa rakkomandat li jinxtorob ħafna ilma matul is-sena kollha izda speċjalment fil-granet sħan tas-sajf u waqt heatwave.

Ilum il-gurnata, r-rapport tat-temp tagħna, bħal ma jiġri f’ħafna pajjizi oħra madwar id-dinja,  qed jinkludi l-indiċi Ultra Violet (UV).  Mill-esperjenza tagħna mat-tfal ta’ l-iskola, t-tfal kollha jafu xi jfissru dawn in-numri, izda dan it-tagħrif irid jissarraf f’azzjoni li rridu nieħdu biex nipprotegu ruħna mill-ħsara tax-xemx, speċjalment meta l-indiċi jitla ‘l fuq minn 7.  L-indiċi UV li jagħtuna fir-rapport tat-temp għandu jiggwidana f’dak li nippjanaw li ser nagħmlu matul il-gurnata.

Infakru speċjalment li kemm in-nies fuq il-post tax-xogħol fuq barra kif ukoll dawk li jkunu fejn il-baħar għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtiega, u  juzaw is-sunscreen aktar minn darba.   Għal min jaħdem barra fix-xemx, il-protezzjoni tas-suncream m’għandiex tkun inqas minn 50+. Iridu ukoll jużaw protezzjoni permezz ta’ canope, jew affarijiet simili, jibdew kmieni kemm jista’ jkun (kif proprju jagħmlu), u mhux waqt nofsinhar, kif ukoll jilbsu brieret, xi qmis jew t-shirt ħafif.

Li wiehed jaghraf bidu ta’ kanċer tal-gilda huwa importanti qabel ma dan jinfirex mal-gisem bhal fil-kaz tal-melanoma; ghalhekk huwa mportanti li min ikollu suspett ikellem lit-tabib jew specjalista. Ghalhekk ghamilna din il-gurnata llum biex inqajjmu aktar gharfien dwar prevenzzjoni u trattament minn kmieni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow