Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-FINANZI EWROPEJ FI BRUSSELL

PR0888
Date Icon 17/05/2010

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.

Waqt il-laqgħa, se jingħata segwitu għad-diskussjonijiet li saru waqt l-ECOFIN straordinarju tad-9 ta’ Mejju 2010 fejn intlaħaq qbil dwar Fond intenzjonat li jiggarantixxi l-istabilità ekonomika fl-Ewropa fid-dawl tal-kriżijiet li laqtu numru ta’ pajjiżi Ewropej fl-aħħar xhur.

Se ssir ukoll preżentazzjoni minn naħa tal-Kummissjoni dwar il-Komunikazzjoni li ressqet fil-jiem li għadddew, dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni ekonomika bejn l-Istati Membri. Din il-Komunikazzjoni tittratta l-bżonn ta’ strateġija aktar integrata fil-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u tisħiħ tas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-politika baġitarja, dejjem fil-kuntest tar-regolamenti u l-proċeduri nazzjonali.

Il-Ministri se jiddiskutu wkoll aspetti marbuta mal-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2011, il-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, kif ukoll il-laqgħa li jmiss tal-G20.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow