L-ISPEAKER MICHAEL FRENDO JIPPROPONI MILL-GDID IT-TLAQQIGH TA’ KUNGRESS EWROPEW FIL-KONFERENZA TAL-ISPEAKERS EWROPEJ GEWWA STOKKOLMA
- L-Ispeakers jaghmlu zjara lir-Re Gustav u lir-Regina Sylvia tal-iSvezja.
Waqt li qed jindirizza l-Konferenza tal-iSpeakers Ewropej gewwa r-Rikstag, il-Parlament Svediz fi Stokkolma, li laqqghet lill-iSpeakers u Presidenti tal-Parlamenti kollha tas-27 Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, Dr Michael Frendo, Speaker tal-Parlament Malti, ippropona mill-gdid li jitlaqqa’ Kungress Ewropew darba fis-sena, fejn rapprezentanti mill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-kollegi mill-Parlament Ewropew jiddiskutu flimkien dak li huwa sejjah ‘Il-Qaghda ta’ fejn waslet l-Unjoni Ewropea’, bi prezentazzjonijiet tal-Presidenti tal-Unjoni Ewropea, tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll tal-Parlament Ewropew.
Michael Frendo ghamel riferenza ghas-suggeriment li kien ghamel f’dan ir-rigward l-ex President Franciz li kien ukoll il-President li mexxa l-Konvenzjoni Ewropea, Giscard d’Estaing, meta ppropona waqt dik il-Konvenzjoni – li l-iSpeaker Frendo dak iz-zmien kien ha sehem attiv fiha – it-tlaqqigh ta’ Kungress Ewropew simili li jiltaqa’ darba fis-sena. Il-proposta, li kienet tressqet fl-ewwel laqghat ta’ dik il-Konvenzjoni Ewropea, dak iz-zmien ma kienitx lahqet il-konsensus mehtieg biex tkun parti mit-test finali tal-Abbozz tat-Trattat Kostituzzjonali Ewropew, li hafna mill-provvedimenti tieghu illum il-gurnata gew inkluzi fit-Trattat ta’ Lisbona li qieghed bhalissa fis-sehh.
Il-proposta li ghamel l-iSpeaker Frendo sabet l-appogg immedjat gewwa Stokkolma minn Pierre Lequiller, President tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Barranin tal-Kamra tad-Deputati Franciza, li qed imexxi d-delegazzjoni ta’ pajjizu fl-iSvezja, u li sostna li l-laqgha li qed tigi riproposta mill-iSpeaker Malti ghandha tigi presjeduta mill-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek.
Dr Michael Frendo sahaq ukoll fuq l-isfidi li t-Trattat ta’ Lisbona joffri lill-Parlamenti zghar fl-Unjoni Ewropea sabiex tassigura li l-iskrutinju li jsir meta tigi indirizzata t-tema tas-sussidarjeta’ ikun wiehed validu u bis-sens. Huwa appella ghal aktar kollaborazzjoni fuq din il-materja bejn il-parlamenti z-zghar tal-Unjoni Ewropea sabiex ikunu jistghu jappoggjaw lil xulxin, u b’hekk isahhu l-infrastrutturi taghhom biex jilqghu ghal dawn l-isfidi.
Huwa assolutament mehtieg, tenna l-iSpeaker Frendo, li l-parlamenti nazzjonali, filwaqt li jzommu d-dritta li jibqghu jaghmlu dan ix-xoghol ta’ skrutinju bhala wahda mill-funzjonijiet ewlenin taghhom, xorta jibqghu jitqiesu mhux daqstant bhala kontrapiz ghall-Unjoni Ewropea, izda aktar bhala kumplimentari ghal istituzzjonijiet ohrajn Ewropej bil-ghan li l-progett ewlieni Ewropew jithaddem flimkien.
Meta wiegeb ghad-diskors tal-iSpeaker Frendo, Maros Sefcovic, Vici President tal-Kummissjoni Ewropea, u Kummissarju responsabbli mir-relazzjonijiet mal-Parlamenti Nazzjonali, qal li jaqbel bis-shih li l-Parlamenti Nazzjonali ghandhom ikunu msiehba mal-Kummissjoni u mal-istituzzjonijiet ohrajn Ewropej fil-bini ta’ Ewropa maghquda, u fit-twettieq tar-responsabbilitatjiet li johorgu mit-Trattat ta’ Lisbona, u biex jintlaqghu l-isfidi li qed tiffaccja l-Ewropa illum.
Il-Konferenza tal-iSpeakers Ewropej qed tinzamm bejn illum il-Gimgha 14 u ghada s-Sibt 15 ta’ Mejju. It-temi ewlenin tal-Konferenza huma t-Trattat ta’ Lisbona u t-teknologiji godda ta’ komunikazzjoni.
L-iSpeakers tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea intlaqghu ukoll f’udjenza specjali fil-Palazz Irjali gewwa Stokkolma mir-Re Carl XVI Gustaf u r-Regina Silvia.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990