IL-FTUH MILL-GDID TAL-BYPASS TA’ M’SCALA
In-naħa t’isfel ta’ Malta illum qed tgawdi minn proġetti kbar ta’ toroq kemm din li infetħet mill-ġdid illum kif ukoll toroq oħra bħal Triq Valletta fiż-Żurrieq li x-xogħol fuqha għaddej ġmielu.
Il-bypass ta’ M’Skala saret b’investiment ta’ €9.6 miljun li minnhom l-Unjoni Ewropeja qed tħallas €6.2 miljuni, bil-Gvern Malti jħallas il-bqija ta’ l-ispiza. Il-By-Pass ta’ Marsaskala hija arterja mportanti għat-traffiku f’pajjizna u hija pass importanti biex nibnu in-network ta’ toroq arterjali li qed nibnu permezz bl-għajnuna finanzjarja tal-fondi Ewropej.
Mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja sal-lum investejna € 37 miljun fi proġetti ta’ toroq arterjali. Dan jinkludi biss il-progetti ta’ rikostruzzjoni u ma jinkludix ix-xoghlijiet ta’ extensive patching fuq in-network u naturalment ma’ jinkludix toroq lokali, fid-diversi ċentri tal-lokalitajiet ta’ pajjizna.
Wara M’Skala u Valletta Road iz-Zurrieq li ser titlesta aktar tard din is-sena, għandna programm intensiv ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali kollha bl-għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Bħalissa għaddej proċess ta’ appell fuq it-tender tax-xogħolijiet fuq erba’ (4) proġetti importanti. L-ezitu tal-appell ser jiddettermina jekk jinfetahx il-pakkett finanzjarju jew jergghax jibda l-process parzjali tal-evalwazzjoni teknika. Meta il-processi kollha tal-aggudikar ikunu tlestew ix-xoghlijiet fuq Triq Garibaldi ħal Luqa u Triq Kunsill tal-Ewropa, ... It-Triq tal-Marfa il-Mellieha, , it-triq minn Tal-Hniena- sar-Rabat Ghawdex u l’ewwel fazi tat-triq tas-Sea Passenger Terminal il-Marsa ikun jistghu jibdew. Waqt it-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet, ser ikunu qed isiru il-preparamenti ghax-xoghlijiet fuq il-Bypass tal-Mellieha fl-inhawi ta’ Pennellu u fuq l-Underpass minn Triq Dicembru 13 fil-Marsa ghall-inhawi tal-Menqa. Bhalissa qed isiri wkoll il-preparamenti ghall-istudji in konnessjoni mal-junction tal-Kappara u eventwalment it-triq ta’ mal-kosta li minn Pembroke twassal għal San Pawl il-Baħar.
Mill-2005 sal-2013 se jkunu saru jew beda x-xogħol fuq madwar 26KM ta’ toroq li huma essenzjali għal pajjizna.
Kwalita ta’ xogħol u ta’ infurzar
Il-proġett tal-by pass ta’ Marsaskala sar fil-ħin u dan huwa fatt li jrid jiġi ssottolineat. Meta mqabbel mal-programm oriġinali tal-kuntratt, il-proġett dam biss 28 ġurnata aktar u dan parzjalment minħabba li l-inbidel il-pjan ta’ kif sar id-drenagg f’parti mit-triq. Minbarra hekk, kien hemm żieda fix-xogħlijiet relatati mas-servizzi u kien hemm xi zmien fejn parti mix-xoghol kellu jitwaqqaf minhabba suspett ta’ fdalijiet storici wara li kien sar skavar.
Dan huwa wkoll proġett li tlesta skont il-budget li kien allokat għalih għaajr għal differenza minima wara li żdiedu xi servizzi. Saret sistema ġdida tad-drenaġġ u ġibjun għall-ilma. Fil-każ ta’ M’Skala saru spejjeż ukoll biex reġa’ sar il-pedament tat-triq għax wara l-iskavar instab illi l-pedament oriġinali, meta saret it-triq fit-tmenijiet, kien ibbażżat fuq materjal dgħajjef (bħal madum) u mħallat b’ħamrija u għalhekk ma kienx adekwat biex jissostjeni il-pizijiet u l-frekwenza tat-traffiku, principalment trakkijiet u coaches.
Huwa minnu li f’Malta għandna uzu ntensiv tat-toroq minħabba r-rata għolja ta’ karozzi li għandna pero hemm bzonn li l-kwalita ta’ materjal, ta’ metodoloġija u ta’ xogħol in ġenerali tkun ta’ dan il-livell f’kull triq li nagħmlu. Waħda mill-karatteristiċi tad-disinn il-ġdid tat-triq ta’ M’Skala huwa t-tijieb li sar fis-sigurtà għas-sewwieqa fejn f’ dan l-aspett id-disinn tat-triq kien jinkorpora tulijiet kunsiderevoli ta’ ri-allinjament. Dan sar biex diversi postijiet fejn kien hemm kurvi perikolużi għas-sewwieqa ġew irranġati għall-kurvi iktar moderati u b’ angoli iktar miftuħa bix ikun hemm iktar viżibilità għas-sewwieqa li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta. Is-sigurtà ġiet imtejba wkoll minn aspett ta’ dawl fit-triq. Is-sistema hija mibdula għall-waħda ġdida u l-wiċċ tat-triq kien mibni bi zrar migjub minn barra biex ikollu polishing resistance. Għalhekk it-triq ma tiġix tiżloq fix-xita.
Matul il-bini mill-ġdid tat-triq sar koordinament kontiwu ma’ l-istakeholders u anke mas-sidien tal-ħwienet.
Transport Malta ħadet ħsieb ukoll biex tkun preżenti dejjem mal-kuntrattur biex tara li x-xogħol isir kif mifthiem u ta’ kwalità tajba.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990