Left arrow Mur Lura

SPETTAKLU SINKRONIZZAT F’LEJLET LAPSI TE GOZITANA

PR0883
Date Icon 15/05/2010

Il-bieraħ filgħaxija ngħata bidu għall-edizzjoni ta’ Lejlet Lapsi, Notte Gozitana 2010, li ser tkun għaddejja f’Għawdex matul tmiem il-ġimgħa. L-attivitajiet bdew bi programm speċjali għat-tfal u studenti tal-Gozo College f’wieħed mit-teatri ewlenin fir-Rabat. Saru preżentazzjonijiet multilingwistiċi u multikulturali li wasslu messaġġ ta’ inklużjoni u ħbiberija fost it-tfal.

Attrazzjoni prinċipali kienet dik imtellgħa fi Triq Ġwanni Pawlu II, bl-ispettaklu ‘Music in the Air’ li kien jinkludi mużika, żfin u wirja bl-ajruplani tat-Tim Aerobatiku Pijunieri Taljani. Il-programm kompla fi Pjazza Indipendenza, bil-kunċert ta’ kanzunetti Maltin, ‘Dejjem Tagħna’ bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti stabbiliti Maltin u żfin mill-Yada Dance Academy li ntlaqa’ tajjeb minn folla mdaqqsa li attendiet.

Il-Ġonna tal-Kastell fiċ-Ċittadella servew bħala xenarju uniku għal festival ta’ l-inbid u attivitajiet oħra b’tema ekoloġika li kien jinkludi mużika ta’ tipi differenti. Fil-Venda tal-karozzi tal-linja ġie mtella’ l-Gaudos Music Weekender. Aktar kmieni l-Gruppo Sbandieratori e Musici ‘Maestri’ kellhom l-ewwel parata tagħhom f’din l-attività li żiedet ma’ l-atmosfera u kompliet tagħti kulur f’din l-ewwel serata f’dan l-avveniment.

Il-programm ta’ Lejlet Lapsi Notte Gozitana kompla s-Sibt filgħodu b’tema qawwija ekoloġika, b’diversi attivitajiet ġewwa ċ-Ċittadella. Ġew organizzati ġiti bi gwida, parata tal-Banda tal-Pulizija, u kunċert f’nofsinhar fil-Katidral bil-parteċipazzjoni tal-Chorus Urbanus u l-kor Gaulitanus.

Minkejja l-maltemp b’mod speċjali r-riħ qawwi li ħakem lill-gżejjer Maltin f’dan il-jum bosta attivitajiet għat-tfal fosthom hands-on farming u wirjiet li jinsabu miftuħa għal din l-attività komplew jassiguraw li jkun hemm xi ħaġa għal gosti tal-familja kollha. Iċ-chill-out areas fir-Rabat bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd mistennija jattiraw attendenza aktar żagħżugħa, filwaqt li l-Ħadd filgħodu l-Gozo Scouts Tattoo u parati oħra mistennija jżewqu l-konklużjoni ta’ l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Lejlet Lapsi, Notte Gozitana.

Sadanittant il-wirja aerobatika ‘Wings on Gozo’ li kellha ssir is-Sibt filgħodu ġiet posposta għal Ħadd filgħodu fil-11.00a.m. jekk it-temp jippermetti. Kelliem għal Ministeru għal Għawdex qal li l-Ministeru għal Għawdex huwa sodisfatt bil-konkorrenza tal-pubbliku numeruż li qed jattendi għal dawn l-attivitajiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow