Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT U L-GENERAL WORKERS’ UNION

PR0881
Date Icon 14/05/2010

Qbil bejn l-Enemalta u l-GWU dwar riforma fil-ftehim tal-ħaddiema tal-workshop

Bil-għan li jkun hemm aktar effiċjenza fl-operat fil-Korporazzjoni Enemalta, il-Management u l-General Workers Union waslu fi qbil li bih id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema fil-workshop kienu riveduti u aġġornati għall-ħtiġijiet tal-lum. 

Ma’ din ir-reviżjoni dawn il-ħaddiema se jibdew igawdu minn skali ta’ salarji ogħla. Dawn ir-riformi se jinkludu wkoll tibdil fil-ħinijiet tax-xogħol li jkunu aktar adattati għall-ħtigijiet tax-xogħol tal-lum fil-Korporazzjoni. Min-naħa tiegħu, il-Management iggarantixxa l-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkonċernati.

Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech laqa’ dan il-ftehim u esprima l-apprezzament tiegħu għall-fatt li l-Enemalta u l-GWU waslu għal qbil dwar ir-riforma fil-kundizzjonijiet.

“Din il-flessibbiltà li dwarha ntlaħaq dan il-qbil hija essenzjali biex tkun tista’ ssir bl-aktar mod effiċjenti l-ħidma ta’ manutenzjoni fil-power stations tagħna, proċess li huwa kruċjali biex tkun garantita provvista kontinwa u sigura tal-enerġija f’pajjiżna.” Huwa rringrazzja lill-Management u l-GWU tal-maturità murija f’dan il-proċess li wassal għal riżultat li huwa fl-interess ta’ kulħadd. Huwa appella wkoll sabiex kulħadd jibqa’ jaħdem lejn aktar effiċjenza biex tiżdied il-produttività tal-korporazzjoni.

Min-naħa tiegħu, is-Segretajru-Ġenerali tal-General Workers’ Union, is-Sur Tony Zarb ukoll laqa’ dan il-ftehim u qal li dawn id-diskussjonijiet kienu xhieda ta’ dak li jista’ jinkiseb meta l-imsieħba soċjali kollha jiddiskutu l-kwistjonijiet ta’ bejniethom, u jilħqu ftehim flimkien. Il-Management u l-GWU jixtiequ jirringrazzjaw lil kull min ta sehem biex dan il-qbil jintlaħaq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow