Left arrow Mur Lura

INTRODUZZJONI TA’ REGOLAMENTI ĠODDA TAL-EU DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI

PR0873
Date Icon 14/05/2010

It-tibdiliet jobbligaw li kull istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandha tipprovdi u twassal l-informazzjoni malajr lill-istituzzjonijiet l-oħra tas-Sigurtà Soċjali fl-istati membri.  Is-servizzi għandhom ikunu user friendly.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw maċ-ċittadini b’lingwa aktar sempliċi u li jifhimha kulhadd.

Se jkunu introdotti proċeduri aġġornati li jwasslu biex iħaffu u jiffaċilitaw is-servizzi liċ-ċittadin, tinqata’ l-burokrazija u jitnaqqas ħafna xogħol amministrattiv li kien qed ikun ta’ xkiel għas-servizzi pubbliċi.

Network ġdid ta’ informazzjoni magħruf bħala EESSI (Electronic exchange of Social Security information) network, se jiġi mniedi. Dan se jippermetti li istituzzjonijiet f’pajjiżi differenti jagħmlu skambji elettroniċi ta’ informazzjoni.  Din is-sistema l-ġdida se telimina madwar 2000 formola u tissimplifika dawk il-formalitajiet mitluba miċ-ċittadin.

Din is-sistema moderna ta’ koordinazzjoni għandha skop aktar wiesgħa.  Barra mill-ħaddiema u l-familji tagħhom, tkopri nies li bħalissa huma bla xogħol, li għadhom m’humiex jaħdmu jew li m’humiex jaħdmu aktar – ghalhekk aktar nies se jibbenefikaw.

Ir-regolamenti l-ġodda jkopru lil kulmin jiċċaqlaq minn pajjiż tal-Unjoni għall-ieħor bil-ħsieb li jagħmel residenza permanenti; lil min jaħdem temporanjament jew qed jistudja; u anke għal min jivvjaġġa għal xi vaganza. 

Ix-xogħol biex tinħoloq u tibda taħdem l-EESSI (Electronic exchange of Social Security Information) network miexi sew u qed ikunu preparati l-messaġġi elettroniċi li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu u l-ħlas tal-benefiċċji.   Biex jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta’ ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex dawn jirranġaw is-sistemi tagħhom stess, se jkun hemm perjodu transitorju ta’ sentejn għall-iskambju elettroniku tad-data.  Madankollu sal-1 ta’ Mejju 2012, il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom jużaw din it-teknika għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u l-oqsma kollha koperti mill-koordinazzjoni.

F’Malta kif ukoll fl-istati membri kollha bħalissa qed isir eżerċizzju ta’ taħriġ.  Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tgħin f’dan. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta assigura li l-imjegati fi ħdan l-International Relations Unit tiegħu ngħataw taħriġ dwar ir-regolamenti l-ġodda u x-xogħol f’dan l-aspett miexi tajjeb biex Malta tkun integrata b’mod sħiħ fis-sistema EESSI matul is-sentejn proposti.

Press Releases

INTRODUZZJONI TA’ REGOLAMENTI ĠODDA TAL-EU DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI

Ir-regolamenti l-ġodda tal-EU dwar is-Sigurtà Soċjali daħlu fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010.  Dawn ħadu post ir-regolamenti li kienu ġew fis-seħħ fil-bidu tas-snin sebgħin.  Malta addottat dawn ir-regolamenti meta ssieħbet mal-Unjoni fl-2004.  L-iskop hu li jiffaċilita l-mobilità taċ-ċittadini Ewropej.  Ir-regolamenti ma japplikawx biss għall-ħaddiema u l-familji tagħhom, imma jgħinu wkoll lill-pensjonanti, lil dawk li qed ifittxu x-xogħol u anke lit-turisti.

Ir-regolamenti l-ġodda ma joħolqux benefiċċji ġodda, iżda jiggarantixxu li d-drittijiet eżistenti fejn jidħlu mard, pensjonijiet, qgħad, u benefiċċji oħra relatati mal-familja, jinżammu mill-individwu meta dan jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor fl-Unjoni Ewropea.

It-tibdiliet jobbligaw li kull istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandha tipprovdi u twassal l-informazzjoni malajr lill-istituzzjonijiet l-oħra tas-Sigurtà Soċjali fl-istati membri.  Is-servizzi għandhom ikunu user friendly.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw maċ-ċittadini b’lingwa aktar sempliċi u li jifhimha kulhadd.

Se jkunu introdotti proċeduri aġġornati li jwasslu biex iħaffu u jiffaċilitaw is-servizzi liċ-ċittadin, tinqata’ l-burokrazija u jitnaqqas ħafna xogħol amministrattiv li kien qed ikun ta’ xkiel għas-servizzi pubbliċi.

Network ġdid ta’ informazzjoni magħruf bħala EESSI (Electronic exchange of Social Security information) network, se jiġi mniedi. Dan se jippermetti li istituzzjonijiet f’pajjiżi differenti jagħmlu skambji elettroniċi ta’ informazzjoni.  Din is-sistema l-ġdida se telimina madwar 2000 formola u tissimplifika dawk il-formalitajiet mitluba miċ-ċittadin.

Din is-sistema moderna ta’ koordinazzjoni għandha skop aktar wiesgħa.  Barra mill-ħaddiema u l-familji tagħhom, tkopri nies li bħalissa huma bla xogħol, li għadhom m’humiex jaħdmu jew li m’humiex jaħdmu aktar – ghalhekk aktar nies se jibbenefikaw.

Ir-regolamenti l-ġodda jkopru lil kulmin jiċċaqlaq minn pajjiż tal-Unjoni għall-ieħor bil-ħsieb li jagħmel residenza permanenti; lil min jaħdem temporanjament jew qed jistudja; u anke għal min jivvjaġġa għal xi vaganza. 

Ix-xogħol biex tinħoloq u tibda taħdem l-EESSI (Electronic exchange of Social Security Information) network miexi sew u qed ikunu preparati l-messaġġi elettroniċi li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu u l-ħlas tal-benefiċċji.   Biex jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta’ ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex dawn jirranġaw is-sistemi tagħhom stess, se jkun hemm perjodu transitorju ta’ sentejn għall-iskambju elettroniku tad-data.  Madankollu sal-1 ta’ Mejju 2012, il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom jużaw din it-teknika għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u l-oqsma kollha koperti mill-koordinazzjoni.

F’Malta kif ukoll fl-istati membri kollha bħalissa qed isir eżerċizzju ta’ taħriġ.  Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tgħin f’dan. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta assigura li l-imjegati fi ħdan l-International Relations Unit tiegħu ngħataw taħriġ dwar ir-regolamenti l-ġodda u x-xogħol f’dan l-aspett miexi tajjeb biex Malta tkun integrata b’mod sħiħ fis-sistema EESSI matul is-sentejn proposti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow