AVVIŻ LEGALI 239 TA’ 2003 – REGOLAMENTI DWAR SUPPLIMENTI GĦALL-IKEL
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku ‘n ġenerali w b’mod partikolari lill-operaturi ta’ Health Food Stores, kif ukoll importaturi w negozjanti ta’ supplimenti tal-ikel fuq ir-rekwiżiti tal-Avviż Legali 239 ta’ 2003 – Regolamenti dwar Supplimenti għall-ikel – kif emendati b’avviż legali 327 tal-2005 u avviż legali 94 tal-2007.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali daħlulu rapporti li supplimenti għall-ikel qed jiġu mqassma mhux kif rikjest mir-regolament numru 4.3 li jistipola li ‘supplimenti għall-ikel jistgħu jitqassmu biss minn spiżjar, tabib jew persuna bi kwalifiki addattati oħra kif jista jkun preskritt mill-Kummissjoni għas-Sigurta’ ta l-ikel’
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jinforma lil kull min hu kkonċernat illi l-Kummissjoni għas-Sigurta’ tal-Ikel ser tniedi kors ta’ taħriġ fuq bażi part-time għal dawk in-nies li jaħdmu f’Health Food Stores. Kull min itemm b’suċċess dan il-kors ta’ taħriġ jista jiġi approvat mill-Kummissjoni għas-Sigurta’ tal-Ikel sabiex iqassam supplimenti għall-ikel.
Aktar dettalji dwar dan il-kors ta’ taħriġ jista jinkiseb mingħand id-Direttorat għal Affarijiet Regolatorji fi ħdan l-Awtorita Maltija dwar l-iStandards fuq numru tat-telefon: 23952000.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali javża li ser tittieħed azzjoni skond il-liġi kontra kull persuna li tinstab tqassam supplimenti għall-ikel mhux kif rikjest mil-liġi.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990