Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI:  PASS IEĦOR LEJN IR-RIABILITAZZJONI TAL-QORTIN

PR0865
Date Icon 13/05/2010

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħruġ tal-permess għar-riabilitazzjoni tal-miżbla l-magħluqa tal-Qortin.

Dan huwa pass ieħor fi twettieq ta’ wegħda elettorali oħra, sabiex il-miżbliet il-magħluqa jkunu riabilitati u mgħoddija lura lin-nies fi spazju miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji Maltin u Għawdxin.

Minn kemm ilha li ngħalqet il-miżbla tal-Qortin, permezz tal-kumpanija Wasteserv, beda x-xogħol sabiex jiġu estratti l-gassijiet ħżiena.

Għalhekk ġie nstallat impjant b’investiment ta’ ‘l fuq minn €1 miljun li sal-lum ittratta ‘l fuq minn 340 tunnellata ta’ gass Carbon dioxide (diossidu tal-karbonju - CO2).

Ir-riabilitazzjoni tal-Qortin qed issir b’investiment ta’  madwar €3.5 miljuni ko-finanzjati minn fondi Ewropej.  Permezz tar-riabilitazzjoni tal-miżbliet il-magħluqa, l-poplu jgawdi minn spazju miftuħ għar-rikreazzjoni u arja aktar nadifa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow