IĊĊELEBRAT L-UŻU TAJJEB TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMATIKA FL-EDUKAZZJONI
Għat-tieni sena konsekuttiva, id-Dipartiment tal-Kurrikulu u l-eLearning fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalita` u Standards fl-Edukazzjoni (DQSE) u d-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi qed jorganizza l-attivita` EMBED Best use of ICT. Din hija okkażjoni biex ikun iċċelebrat l-użu tajjeb tal-ICT fl-edukuzzjoni.
L-attivita` tikkonsisti f’numru ta’ workshops prattiċi u esibizzjoni li turi x-xogħol u l-proġetti li jsiru fl-iskejjel bl-użu tal-ICT. L-attivita’ tinkludi wkoll esibizzjoni mis-Servizz Nazzjonali ta’ Support tal-eTwinning.
Il-workshops jinkludu grafika, multimedia, animazzjoni, mużika, video conferencing, WII, Lego NXT u We-Do robots, Fiżika u Interactive Whiteboards. L-istudenti jipparteċipaw fi tnejn jew tliet workshops u jżuru l-esibizzjoni.
Bħala parti minn din l-attivita` l-eTwinning Malta se torganizza numru ta’ workshops fuq bażi volontarja, għall-għalliema filgħaxija. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-workshops żuru s-sit:
http://etwinning.skola.edu.mt/2010/04/etwinning-workshops-at-national-conference-2010/
Se jkun hemm ukoll għotja ta’ premijiet lill-għalliema li użaw it-teknoloġija u kienu innovattivi fit-tagħlim tagħhom kif ukoll rikonoxximent lil dawk l-għalliema li ħadu sehem fl-eTwinning.
L-attivita se tkun ukoll miftuħa għall-pubbliku u l-familji nhar is-Sibt 22 (9.00-13.00) u l-Ħadd 23 ta’ Mejju (15.00-19.00) biex kulħadd ikun jista’ jara u jesplora kif l-ICT jista’ jgħin fil-proċess tat-tagħlim u l-edukazzjoni tat-tfal. Din l-attivita qed tiġi organizzata bl-għajnuna ta’ eTwinning Malta, Microsoft, Forestals, Smart technologies, Intercomp, Jos Vincenti, Audio Visual Centre, IMS, DAB electronica, GO u Exigy.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990