NAPO IŻUR LL-KULLEĠĠ MARIA REĠINA TAL-MELLIEĦA
NAPO għamel l-aħħar żjara tiegħu fi skola għal din is-sena, meta żar il-Kulleġġ Maria Reġina tal-Mellieħa.
NAPO u l-ħbieb tiegħu jipprovdu introduzzjoni għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol permezz ta` stejjer divertenti, mimlija umoriżmu u b`laqta ferrieħa. NAPO jippromwovi s-“Siġurtà bi tbissima” għal postijiet tax-xogħol aħjar, b`inqas perikli u li jiffokaw aktar fuq is-saħħa tal-ħaddiema.
L-Onor Peter Micallef, Assistent Parlamentari fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità waqt l-introduzzjoni tiegħu lil 45 student tas-sitt sena, tkellem dwar l-importanza li dejjem għandna inkunu attenti għal Sinjali li jindikaw perikli u biex dejjem nosservaw is-sinjali u r-regoli li jista’ jkun hemm. Għandna nagħtu importanza speċjali għal Sinjali ta` Ħruġ ta` Emerġenza biex jekk tinqala’ xi emerġenza nkunu nafu minn qabel minn fejn irridu noħorġu.
L-Onor Micallef enfasizza l-importanza li l-istudenti jaqsmu dak li rrakkonta NAPO ma’ huthom il-kbar li jaħdmu u mal-ġenituri, biex anke dawn ikunu jafu kif jistgħu jevitaw inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990