DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, FL-OKKAŻJONI TA’ L-IFFIRMAR TAL-KUNTRATT MA’ KOLS LIMITED
PR0844
11/05/2010
Għeżież kollegi u membri tal-media,
Illum iltqajna hawn sabiex niffirmaw kuntratt ta’ l-ewwel xorta tiegħu fis-settur tas-Saħħa.
Mhux biss għaliex KoLs (Koperattiva Linen Services) Ltd., hija l-unika koperattiva li taħdem fis-settur tas-Saħħa, iżda għaliex dan il-kuntratt jirrifletti sens ġdid ta’ innovazzjoni fl-operat li bih, fl-aħħar mill-aħħar, jibbenefikaw il-pazjenti bil-kwalita’ għolja tas-servizz li qed jingħataw.
Permezz ta’ dan il-kuntratt, il-KoLs qed jintrabtu mal-Ministeru tas-Saħħa għall-perjodu ta’ ħames snin li fihom se jipprovdu servizz ta’ tindif ta’ bjankerija fl-isptarijiet kollha tagħna u fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990