Left arrow Mur Lura

ŻJARA TAL-AĦĦAR LIL MR SPEAKER MILL-KUMMISSARJU GĦOLI TAL-KENJA AKKREDITATA GĦAL MALTA

PR0838
Date Icon 10/05/2010

L-Eċċellenza Tagħha Ann Belinda Nyikuli, Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Kenja għal Malta, bdiet serje ta’ laqgħat tal-aħħar f’Malta qabel ma l-inkarigu diplomatiku tagħha jasal fi tmiemu aktar tard dan ix-xahar.  Illum wara nofsinhar, hija żaret lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Michael Frendo, fl-uffiċċju tiegħu fil-Palazz, il-Belt Valletta. 

Filwaqt li ferħet lill-Onorevoli Frendo tal-ħatra tiegħu bħala Speaker, il-Kummissarju tal-Kenja fakkritu kif ħames snin qabel kienet ippreżentatlu l-kredenzjali tagħha bħala l-ewwel Kummissarju ta’ pajjiżha għal Malta meta huwa kien Ministru tal-Affarijiet Barranin.  Hija stqarret li f’dawn l-ewwel snin minn mindu f’Novembru tas-sena 2004 Malta u l-Kenja kienu stabbilew relazzjonijiet diplomatiċi bejniethom, iż-żewġ pajjiżi rnexxielhom joqorbu aktar lejn xulxin, u tieħu pjaċir tara li hemm rieda fuq iż-żewġ naħat biex ikomplu jagħmlu dan għall-ġejjieni.

Fit-tweġiba tiegħu, l-iSpeaker radd ħajr lill-Kummissarju Għoli għall-kontribut tagħha mhux biss bħala r-rappreżentanta ewlenija ta’ pajjiżha akkreditata għal Malta, iżda wkoll bħala ħabiba kbira ta’ pajjiżna.  Il-Kenja u Malta huma t-tnejn membri tal-Commonwealth u, f’dan il-forum, kien hemm kollaborazzjoni bejniethom sa minn qabel.  Meta ftit xhur wara li Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, intisġu r-rabtiet diplomatiċi mal-Kenja, ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi tjiebu.  Fid-dawl tal-fatt li l-Unjoni qiegħda tifhem dejjem aħjar il-potenzjal li jsawwar il-Kontinent Afrikan għall-Ewropa, il-kontribut li tista’ tagħti Malta f’dan il-qasam permezz ta’ kuntatti eqreb mal-Kenja huwa bla dubju aktar sinjifikanti.

Il-Kummissarju Nyikuli, fi tmiem il-laqgħa mal-Onorevoli Frendo, sostniet li meta tmur lura pajjiżha, se tkompli taħdem minn Nairobi sabiex tara li jkun hemm aktar skambji anki fuq livell parlamentari ma’ Malta.  Dan jgħin sabiex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jitkattru u jitjiebu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow