Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAL-GHAWDEX

PR0832
Date Icon 09/05/2010

Il-Ministeru għal Għawdex kommess li jinstab min wettaq ir-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni

B’referenza għal rapporti  li dehru fil-media tal-lum il-Ħadd 9 ta’Mejju dwar rimi llegali ta skart tal-kostruzzjoni fid-Dwejra f’Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex jikkonferma li qed jaħdem mill-qrib tal-forzi ta l-ordni kif ukoll ta’ l-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jinstab min rema dan l-iskart b’mod abbużiv u llegali.  Il-Ministeru ħa azzjoni immedjata malli sar magħruf dan l-att illegali.  Din mhix l-ewwel darba li l-Ministeru kellu jieħu azzjoni simili biex inaddaf sit ambjentali wara li dan jisfa vittma tà irresponsabilta` ta’ wħud li m’għandhomx lil Għawdex u l-ambjent għal qalbhom.  Il-Ministeru għal Għawdex itenni l-impenn tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekologika, li mhux biss tibża għall-ambjent naturali tagħha iżda talli tkompli ttejjeb il-prodott turistiku permezz ta ambjent nadif u protett.  Dawn l-atti irresponsabli u godardi mhux talli ma jaqtgħux qalb il-Ministeru għal Għawdex iżda jsaħħu l-impenn tiegħu fil-ġlieda kontra dawn l-abbużi.  Huwa f’dan l-ispirtu li l-Ministeru qed jikkollabora mal-Pulizija biex jinstab min wettaq dan l-att illegali u vandalu.   

DOI - 09.05.2010

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow