ĦRUG TA’ STOCKS TAL-GVERN
L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 Stock tal-Gvern suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €50,000,000 nhar it-Tnejn 17 ta’ Mejju, 2010 kif ġej:-
(i) 3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (VI) Fungibility Issue, u
(ii) 4.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (II) Fungibility Issue, u
(iii) 5.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (I), jew
(iv) f’ammonti mit-tlett Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Euro100,000,000.
Il-prezz ta’ kull Stock għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis, 13 ta’ Mejju, 2010. Il-prezz ta’ kull stock jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
Din il-ħarġa tagħlaq kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General :
(i) fil-5.00pm l-Erbgħa 19 ta’ Mejju, 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u
(ii) nofsinhar il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju, 2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990