IS-SETTUR PRIVAT GHAWDXI QED JINGHATA AKTAR GHAJNUNA BIEX JIMRAH U JOHLOQ L-IMPJIEGI
Is-settur privat u n-negozji Ghawdxin ghandhom rwol mill-aktar importanti biex joholqu l-impjiegi fil-gzira Ghawdxija. Il-Gvern qed jahdem biex ikompli jincentiva lil dan is-settur b’tali mod li jinvesti, ihaddem aktar nies, u jiggenera aktar qligh.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari ghall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said meta l-Gimgha filghodu fetah konferenza organizzata mill-General Retailers and Traders’ Union (GRTU) u li ghaliha attendew numru ta’ delegati tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew tal-Unjoni Ewropea. It-tema tal-laqgha straordinarja kienet ‘Inwasslu l-Politika dwar in-Negozji Zghar u Medji f’Regjuni Remoti tal-Unjoni Ewropea: Prattici Tajba u Mudelli ta’ Zvilupp Effettivi’.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said sostna li d-dipendenza ta’ Ghawdex fuq l-impjiegi fis-settur pubbliku hi wahda mill-izvantaggi li l-gzira ghandha teghleb. Ghalhekk importanti li s-settur privat ikun incentivat johloq ix-xoghol. Hu importanti wkoll li f’Ghawdex ikun attirat investiment barrani li johloq ix-xoghol b’valur mizjud f’oqsma bhat-Teknologija tal-Informazzjoni, ir-Remote Gaming u l-Farmacewtika. Il-mira hi li fis-snin li gejjin, f’Ghawdex jinholqu mal-2,000 impjieg.
Chris Said qal li n-negozji u l-SMEs Ghawdxin jinsabu fi zvantagg meta mqabbla mal-SMEs f’Malta minhabba li Ghawdex jiddependi hafna fuq Malta fejn jidhol trasport, esportazzjoni u importazzjoni.
Dawn id-diffikultajiet jistghu jinghelbu kemm-il darba s-settur privat Ghawdxi jinghata aktar ghajnuna, aktar spazju biex jahdem, u aktar incentivi biex jinvesti u jhaddem.
Is-Segretarju Parlamentari Said qal li l-Gvern ilu impenjat li jtejjeb l-infrastruttura u l-accessibilita’ bil-bini ta’ toroq godda. Issa jrid jibda jiffoka biex jattira investiment barrani li johloq aktar xoghol u xoghol ahjar.
Fil-gimghat li gejjin il-Malta EU Steering Action Committee (MEUSAC) se jiftah ufficjalment l-Ufficcju Regjonali f’Ghawdex biex jghin direttament lill-SMEs Ghawdxin jidentifikaw opportunitajiet ta’ finanzjament u progetti b’fondi Ewropej.
Hu semma kif il-Malta Enterprise qed toffri pakketti ta’ incentivi imfassla propju biex jindirizzaw il-htigijiet ta’ Ghawdex. Dawn jinkludu hlasijiet u krediti ta’ taxxa mahsuba biex jinkoraggixxu l-investiment u l-holqien tal-impjiegi.
L-iskema Micro-Invest jistghu jibbenefikaw minnha intraprizi Maltin u Ghawdxin, izda fil-waqt li l-intraprizi Maltin jinghataw kreditu ta’ taxxa sa massimu ta’ 40 fil-mija, l-intraprizi Ghawdxin jiehdu sa massimu ta’ 60 fil-mija.
Il-Malta Enterprise u l-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig (ETC), fis-snin li ghaddew, haddmu b’success l-Iskema ghar-Rigenerazzjoni ta’ Ghawdex. Din kienet mahsuba biex tghin kumpaniji li jimpjegaw persuni qieghda, zghazagh li jkunu ghadhom kemm spiccaw mill-iskola sekondarja, u nisa li jirritornaw fid-dinja tax-xoghol.
Chris Said fakkar ukoll kif fil-Budget 2010 il-Gvern alloka 16-il miljun ewro ghall-irrangar ta’ hames zoni industrijali fosthom iz-zona industrijali tax-Xewkija. Ghaddejja wkoll hidma biex bi shubija mas-settur privat jibda x-xoghol fuq Micro-Enterprise Park fix-Xewkija.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-Gvern hu impenjat li johloq aktar xoghol u minkejja d-diffikultajiet u r-ricessjoni internazzjonali, dan qed jirnexxielu jaghmlu, mhux biss f’Malta izda wkoll f’Ghawdex. Konferma ta’ dan hu l-fatt li f’Marzu li ghadda l-qghad naqas bi 3.8 fil-mija meta mqabbel max-xahar ta’ qabel. Il-qghad f’Ghawdex ukoll naqas bi ftit.
Barra minn hekk il-Kummissjoni Ewropea qed tipprevedi li l-ekonomija Maltija se tohrog mill-effetti tar-ricessjoni internazzjonali b’sahha akbar minn pajjizi membri ohra taz-Zona Ewro.
Chris Said ghalaq id-diskors tieghu billi heggeg lin-negozji zghar u medji Ghawdxin jaghmlu l-parti taghhom u juzaw l-incentivi u l-facilitajiet li qed jinghataw.
… / Speech attached.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990