Left arrow Mur Lura

547 persuna sabu impjieg permezz tal-Employment Aid Programme tal-ETC

PR0820
Date Icon 07/05/2010

Fix-xhur li ghaddew 547 persuna sabu impjieg permezz tal-Employment Aid Programme (EAP) tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig (ETC). Dan il-programm ghandu l-ghan li jghin persuni qieghda jidhlu lura fid-dinja tax-xoghol. Min ihaddem u jimpjega persuni qieghda permezz ta’ din l-iskema, jircievi lura nofs is-salarju li jkun hareg.

Waqt seminar ghall-Kunsilli Lokali organizzati mill-ETC, is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsumatur, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said qal li l-EAP ghen 120 ruh li tilfu l-impjieg fl-2009 minhabba l-krizi finanzjarja internazzjonali. Dawn sabu impjieg ftit granet wara li tilfu x-xoghol originali taghhom.

L-EAP hu biss wiehed minn diversi programmi u skemi tal-ETC li ghandhom l-ghan li jghinu persuni ta’ kategoriji differenti jsibu impjieg billi jew jinghataw tahrig jew billi jincentivaw lil min ihaddem. Waqt is-seminar inghatat informazzjoni fuq l-iskemi u l-programmi tal-ETC li hafna minnhom huma finanzjati b’fondi tal-UE.

Il-Community Work Scheme, hi indirizzata ghal persuni li ilhom jirregistraw mill-anqas hames snin u l-partecipanti jinghataw il-possibilita’ li jahdmu fil-komunita’ ghal 30 siegha fil-gimgha. Ghal dan ix-xoghol huma jithallsu 75 fil-mija tal-paga minima nazzjonali. 46 Kunsill Lokali u hames NGOs, bejniethom, qed joffru impjieg lil 150 ruh taht din l-iskema.  Terz minn dawn jinsabu f’Ghawdex. L-iskema bdiet f’Awwissu 2009 f’Ghawdex u giet estiza bil-mod ghall-bqija ta’ Malta.  Ix-xoghol li jinghata lill-partecipanti ivarja minn xoghol klerikali ghal xoghol manwali. Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali fehmu l-vantaggi ta’ din l-iskema u t-talbiet biex jippartecipaw fiha qed jizdiedu.

Il-Youth Employment Programme (YEP), li tnieda fl-2009, hu mifrux fuq tliet snin. Dan hu mahsub biex jilhaq liz-zghazagh vulnerabbli ghax ma temmewx l-edukazzjoni sekondarja u m’ghandhomx xoghol. L-ghan ewlieni tal-YEP hu li jghin lil dawn iz-zghazagh jakkwistaw il-hiliet necessarji u jkunu kapaci jsibu xoghol. Il-mira tal-YEP hi li sal-2012 jintlahqu mal-4,860 zaghzugh li jinsabu f’din is-sitwazzjoni. Chris Said heggeg lill-Kunsilli Lokali jippromwovu il-Youth Employment Programme fost ir-residenti u l-komunitajiet rispettivi taghhom.

Permezz tal-ESF Employability Programme, li tnieda f’Mejju tal-2009, l-ETC qed taghti korsijiet ta’ tahrig b’xejn lil min qed ifittex xoghol jew lil min irid ibiddel l-impjieg. Matul l-l-2009, 6,745 ruh inghataw tahrig permezz ta’ din l-iskema.

Chris Said heggeg lill-Kunsilli Lokali jahdmu id f’id mal-ETC u jippromwovu l-iskemi taghha biex b’hekk jaghtu l-ahjar servizz lic-cittadini li huma jirrapprezentaw. Hu qal li fi ftit tal-gimghat ohra se tohrog sejha ghal progetti taht il-Fond Socjali Ewropew immirata ghall-Kunsilli Lokali. Hu heggighom jinghaqdu flimkien biex fi gruppi, jressqu progetti u skemi ta’ tahrig li jkunu ta’ fejda ghar-residenti taghhom.

Is-Segretarju Parlamentari appella lill-Kunsilli Lokali biex jisfruttaw il-fondi Ewropej u permezz taghhom iharrgu kemm jifilhu lir-rizorsi umani sabiex bil-hiliet li dawn jiksbu il-Kunsilli Lokali jkunu jistghu jwettqu r-responsabbiltajiet taghhom ahjar.

Chris Said ghalaq billi fakkar fil-htiega li aktar Maltin u Ghawdxin jippartecipaw fis-suq tax-xoghol Malti. Hu tkellem ukoll dwar l-importanza li l-haddiem Malti jibqa’ jitharreg biex ikompli jtejjeb il-pozizzjoni tieghu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow