Left arrow Go Back

XOGHOL VOLONTARJU MINN STUDENTI TA’ L-MCAST QRIB IT-TORRI TA’ MĠARR IX-XINI F’GĦAWDEX

PR0817
Date Icon 06/05/2010

Grupp ta’ madwar 20 student li jattendu l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija, l-MCAST, fix-Xewkija, fin-nofstanhar ta’ dalgħodu kienu impenjati jnaddfu u jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni qrib it-Torri ta’ Mġarr ix-Xini, li jinsab fil-limiti tax-Xewkija.

Dawn l-istudenti, li huma subien u għandhom bejn is-16 u s-17-il sena, qed isegwu l-Foundation Certificate Course. Huma taw il-parti tagħhom b’mod volontarju f’din l-attività li saret b’inizjattiva tal-MCAST u Wirt Għawdex, liema għaqda għandha r-responsabbiltà ta’ dan is-sit u siti storiċi oħra f’Għawdex.

L-attività bdiet b’sessjoni informattiva u storika minn rappreżentant ta’ Wirt Għawdex, dwar it-Torri ta’ Mġarr ix-Xini, kif ukoll dwar l-inħawi. Imbagħad l-istudenti bdew bil-ħidma tagħhom ta’ żebgħa, tindif, ġbir ta’ ġebel u qtugħ ta’ ħaxix ħażin.

Din hija t-tieni darba li studenti tal-MCAST f’Għawdex taw sehemhom b’mod volontarju fis-soċjetà. L-ewwel darba huma għamlu xogħol volontarju fil-Fondazzjoni Richmond. Minbarra l-kontribut soċjali, din l-inizjattiva sservi wkoll biex l-istudenti jipprattikaw dak li jkunu qed jitgħallmu matul il-kors fiċ-ċentri tal-MCAST. Jagħti wkoll opportunità biex dawn l-istudenti jieħdu idea aktar ċara tal-ħtiġiet u l-possibbiltajiet ta’ xogħol li jeżistu f’diversi oqsma.

Il-Ministeru għal Għawdex jikkollabora mal-għaqda Wirt Għawdex u entitajiet oħra fir-restawr u ż-żamma ta’ siti storiċi madwar il-gżira. It-Torri ta’ Mġarr ix-Xini kien wieħed mis-siti li ġie restawrat dan l-aħħar bl-għajnuna ta’ ħaddiema mill-Ministeru għal Għawdex.

It-Torri ta’ Mġarr ix-Xini se jinfetaħ għall-pubbliku minn Wirt Għawdex matul l-avveniment ta’ Lejlet Lapsi, Notte Gozitana 2010, is-Sibt 15 ta’ Mejju u l-Ħadd 16 ta’ Mejju, bejn l-10.30 a.m. u l-4.30 p.m. Il-Ġimgħa 14 ta’ Mejju u s-Sibt 15 ta’ Mejju bejn id-9.00 a.m. u l-5.00 p.m. u bejn is-7.00 p.m. u nofsillejl, din l-għaqda se tkun qed ittella’ re-enactments ħdejn il-polverista fuq is-Swar ta’ San Ġwann iċ-Ċittadella.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow