MIGRAZZJONI TA’ PAZJENTI U SERVIZZI GĦALL-ISPTAR TA’ RIABILITAZZJONI KARIN GRECH
Il-pazjenti li bħalissa qed jingħataw kura ta’ riabilitazzjoni fl-Isptar Żammit Clapp se jiġu trasferiti għall-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech il-ġimgħa d-dieħla, fl-10 u l-11 ta’ Mejju 2010.
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jawgura lill-ħaddiema kollha kull suċċess fil-ħidma tagħhom fl-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech.
Matul dawn l-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma intensiva fl-Isptar Karin Grech li fost oħrajn involviet xogħlijiet strutturali, twaħħil ta’ airconditioners, u wkoll mgħodija ta’ servizzi ġodda li jkun hemm bżonn f’ċentru simili.
Dan kollu se jwassal biex jiżdiedu s-servizzi ta’ riabilitazzjoni li se jiġu offruti. Fil-fatt il-ħidma li saret hija intiża biex jiġi offrut servizz effiċjenti u effettiv lil kull persuna (mhux anzjani biss).
Se jkun hemm żieda sostanzjali fin-numru ta’ pazjenti. Fil-fatt, fejn l-Isptar Zammit Clapp kien jakkomoda 60 pazjent, l-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech se jakkomoda aktar mid-doppju, 153 pazjent.
L-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech se jiġbor is-servizzi kollha taħt saqaf wieħed, u se joffri wkoll Day Hospital u out patients relatati filwaqt li se jissaħħu wkoll is-servizzi fil-komunità.
Sadattant fl-Isptar Żammit Clapp se jibda jsir xogħol ta’ riabilitazzjoni biex fih jilqa’ anzjani li jkollhom bżonn kura fit-tul.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990