Left arrow Go Back

MIGRAZZJONI TA’ PAZJENTI U SERVIZZI GĦALL-ISPTAR TA’ RIABILITAZZJONI KARIN GRECH

PR0815
Date Icon 06/05/2010

Il-pazjenti li bħalissa qed jingħataw kura ta’ riabilitazzjoni fl-Isptar Żammit Clapp se jiġu trasferiti għall-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech il-ġimgħa d-dieħla, fl-10 u l-11 ta’ Mejju 2010.  

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jawgura lill-ħaddiema kollha kull suċċess fil-ħidma tagħhom fl-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech.   

Matul dawn l-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma intensiva fl-Isptar Karin Grech li fost oħrajn involviet xogħlijiet strutturali, twaħħil ta’ airconditioners, u wkoll mgħodija ta’ servizzi ġodda li jkun hemm bżonn f’ċentru simili.   

Dan kollu se jwassal biex jiżdiedu s-servizzi ta’ riabilitazzjoni li se jiġu offruti.  Fil-fatt il-ħidma li saret hija intiża biex jiġi offrut servizz effiċjenti u effettiv lil kull persuna (mhux anzjani biss). 

Se jkun hemm żieda sostanzjali fin-numru ta’ pazjenti.  Fil-fatt, fejn l-Isptar Zammit Clapp kien jakkomoda 60 pazjent, l-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech se jakkomoda aktar mid-doppju, 153 pazjent.  

L-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech se jiġbor is-servizzi kollha taħt saqaf wieħed, u se joffri  wkoll Day Hospital u out patients relatati filwaqt li se jissaħħu wkoll is-servizzi fil-komunità.   

Sadattant fl-Isptar Żammit Clapp se jibda jsir xogħol ta’ riabilitazzjoni biex fih jilqa’ anzjani li jkollhom bżonn kura fit-tul.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow