Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-Aġent Direttur tal-Ħabs

PR0814
Date Icon 06/05/2010

L-Aġent Direttur tal-Ħabs jikkomunika li llum, 6 ta’ Mejju 2010, għall-ħabta tal-04:45, il-priġunier Saviour Gauci, li kien qiegħed jiskonta sentenza ta’ 19-il sena priġunerija dwar akkuzi ta’ ġrieħi gravi segwiti bil-mewt, miet fl-isptar tal-onkoloġija Sir Paul Boffa.

Fil-ħin tal-mewt, huwa kien imdawwar b’membri tal-familja u qraba. Aktar kmieni huwa kien ġie konfortat bis-Sagramenti Mqaddsa.

Saviour Gauci kien ilu rekoverat fl-iSptar Sir Paul Boffa mill-24 ta’ Marzu 2010 wara li kien li kien ilu jingħata l-kura fl-iSptar Mater Dei mit-2 ta’ Marzu 2010. Huwa kien ġie riferut hemm mit-Tabib tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-Aġent Direttur tal-Ħabs jixtieq jirringrazzja lill-istaff kollu tal-iSptar Sir Paul Boffa għad-dedikazzjoni u professjonalità tagħhom waqt ir-rikoveru tas-Sur Gauci.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow