Left arrow Mur Lura

L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - ĠBIR U MILI TA’ FORMOLI TA’ REĠISTRAZZJONI -GĦAWDEX

PR0813
Date Icon 06/05/2010

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex li jistgħu jiġbru l-Formola ta’ Reġistrazzjoni biex jibbenifikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tal-Uffiċċju tal-POYC, fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex jew mill-ispiżeriji msemmija hawn taħt mill-10 ta’ Mejju 2010.  Il-pazjenti li għandhom il-Kartuna s-Safra u d-Dijabetiċi BISS għandhom jirreġistraw ma’ din l-iskema. 

Huwa importanti li għar-Reġistrazzjoni l-pazjenti jieħdu magħhom u jippreżentaw:

1.         Il-Karta tal-Identità

2.         Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]

3.         Il-Permess li jintitolahom għall-medicini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]

Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtela’ kif gej:

Sezzjoni [A] -             Mill-pazjent

Sezzjoni [B] - Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikun għażel biex jirreġistra magħha. 

Sezzjoni [C] - Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba tal-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-Formola tar-Registrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irregistra magħha.  Flimkien mal-Formola tar-Registrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn.

Huwa IMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu sat-22 ta’ Mejju 2010. 

Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni għandu jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow