Mixja b’Risq id-Dar tal-Providenza
“Mixja b’ghan nobbli li se tghin mhux biss titqajjem kuxjenza favur is-sahha imma wkoll tghin istitutuzzjoni li kuljum taghti kontribut kbir lis-socejta’.” Hekk iddeskriva “Imxi ghad-Dar tal-Providenza” s-Segretarju Parlamentari Dr Chris Said waqt it-tnedija ta’ din l-attivita’ fl-istess Dar, fis-Siggiewi.
Bhala parti mill-iskema ta’ Attivitajiet Sportivi u b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u l-Kunsill Malti ghall-Isport, il-Kunsill Lokali tas-Siggiewi se jorganizza din il-mixja ta’ 5 Kilometri b’risq id-Dar tal-Providenza nhar il-Hadd 23 ta’ Mejju, 2010 fid-9:00 a.m. li tibda minn Pjazza San Nikola, is-Siggiewi.
Dr Karol Aquilina, l-Vici-Sindku tas-Siggiewi qal li l-partecipanti qed jigu mitluba jaghtu donazzjoni ta’ €5 b’risq id-Dar tal-Providenza, li tant hija ghal qalb il-Maltin.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li huma hafna dawk il-Kunsilli li qed jorganizzaw attivitajiet sportivi, madankollu l-Kunsill Lokali Siggiewi qed jorbot din l-attivita’ mal-ghan li jghin biex jittaffew ftit mill-ispejjez biex titmexxa din id-Dar, liema spejjez ilahhqu mat-€13,000 kuljum.
Fr Martin Micallef, id-direttur tad-Dar fahhar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi u kompla jghid li fi tmiem il-mixja, ghal habta tal-10:30 am, se jkun hemm quddiesa fid-Dar stess. Se jkun hemm ukoll transport lura qabel u wara l-quddiesa, ghal pjazza tas-Siggiewi.
Biex jippartecipa wiehed jista’ japplika on-line fuq il-website siggiewi.gov.mt. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista’ jcempel il-Kunsill Lokali tas-Siggiewi fuq 21466000.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990