Left arrow Go Back

INAWGURATA L-KAMRA TAL-KOMUNIKAZZJONI GRAFIKA FL-ISKOLA AGIUS DE SOLDANIS F’GĦAWDEX

PR0795
Date Icon 04/05/2010

L-Iskola Sekondarja tal-Bniet fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex, G.P. Agius de Soldanis, ġiet mgħammra b’tagħmir ġdid iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex li se jservi biex ikun ta’ benefiċċju għal dawk l-istudenti li jistudjaw il-Komunikazzjoni Grafika f’din l-iskola.

Permezz ta’ dan l-investiment, l-istudenti ta’ dan is-suġġett mhux se jibqgħu jieħdu magħhom mid-dar għall-iskola t-technical boards kull darba li jkollhom lezzjoni, għax issa dawn jinsabu provduti lilhom fil-kamra tal-Komunikazzjoni Grafika.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono dalgħodu inawgurat uffiċjalment din il-kamra fil-preżenza ta’ għadd ta’ studenti u għalliema ta’ dan is-suġġett. Il-Ministru Debono spjegat kif il-Ministeru għal Għawdex huwa kontinwament impenjat biex itejjeb il-faċilitajiet fl-iskejjel f’Għawdex, biex l-istudenti jitgħallmu f’ambjent akkoljenti u b’tagħmir modern.

Il-Ministru għal Għawdex żaret ukoll is-Self-Learning Centre fl-istess skola, f’liema ċentru l-istudenti jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet edukattivi li jinkludu qari, logħob edukattiv, kif ukoll jaraw DVDs edukattivi jew dokumentarji.

Fil-laqgħa mal-Kap tal-Iskola, il-Ministru Debono tat dettalji dwar il-programm ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbieħ li ser jitwettaq matul is-sajf li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow