Left arrow Mur Lura

GHAJNUNA FINANZJARJA BIEX AKTAR KUNSILLI LOKALI JIGGENERAW ENERGIJA ALTERNATTIVA

PR0793
Date Icon 04/05/2010

29 lokalita’ Maltija jwieghdu li jnaqqsu t-tniggiz u jiffirmaw il-Patt tas-Sindki

“F’dawn is-sentejn il-Gvern Malti se jkun ta madwar €615,000 f’incentivi biex Kunsilli Lokali jipproducu huma stess energija alternattiva u b’hekk jikkunsmaw anqas elettriku generat minn sorsi tradizzjonali. Dawn l-incentivi qed jinghataw bhala parti mill-Iskema ghal Energija Alternattiva mnedija mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.”

“Il-flus iridu jintuzaw biex isiru progetti li jinvolvu l-istallazzjoni ta’ pannelli foto-voltaici jew solar water heaters fuq il-bini u l-ufficcji tal-Kunsilli Lokali kif ukoll f’postijiet u spazji pubblici bhal day centres, gonna, swar u pjazez li jkunu amministrati minnhom. L-iskema hi mahsuba biex theggeg lill-Kunsilli Lokali jinvestu f’sistemi li permezz taghhom tgawdi l-komunita’ kollha. Ghal din l-iskema, din is-sena 48 Kunsill Lokali issottomettew 63 applikazzjoni biex bejniethom jaqsmu madwar €300,000. Fl-2009, 44 Kunsill Lokali hadu bejniethom €315,000.”

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari ghall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Djalogu Pubbliku, l-Onor. Chris Said meta dalghodu zar il-Kunsill Lokali San Gwann fejn tnediet sistema ta’ pannelli fotovoltaici fuq il-bini amministrattiv tal-Kunsill.

Is-sistema fiha 30 pannella li bejniethom se jkunu jistghu jipproducu madwar 9,000 siegha ta’ energija nadifa fis-sena. Il-Kunsill Lokali bhalissa jikkonsma 6,000 siegha ta’ elettriku u ghaldaqstant se jkun f’pozizzjoni li jbiegh 3,000 siegha ta’ elettriku lill-Enemalta. Barra minn hekk hu stmat li grazzi ghal din is-sistema, it-tniggiz fl-arja kawzat mis-CO2 generat mill-Kunsill Lokali, se jonqos bi tmien tunellati.

Fil-futur il-Kunsill Lokali ser iwahhal 15-il pannella ohra mal-istess sistema biex b’hekk il-produzzjoni ta’ energija nadifa tista’ titla ghal 13,000 siegha. Il-progett jinvolvi wkoll sistema awtomatika ta’ tindif tal-panelli li tippermetti l-iktar uzu efficjenti possibbli.

L-investiment f’din is-sistema jlahhaq ghal €15,000, b’zewg terzi mill-flus se jinhargu mill-Iskema ghall-Energija Alternattiva

Is-Sindku ta’ San Gwann Joseph Agius qal li l-Kunsill Lokali qed jippjana li matul din is-sena jkollu l-ewwel gnien pubbliku u facilitajiet ohra pubblici li jkunu joperaw biss b’sistema ta’ energija alternattiva. Dan il-Kunsill Lokali se jkun l-ewwel wiehed li jitfa’ lura energija elettrika fil-qafas nazzjonali.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said fahhar l-inizjattivi favur ambjent sostenibbli li qed jiehu l-Kunsill Lokali San Gwann. Hu qal li din hi d-direzzjoni li jridu jaqbdu l-Kunsilli Lokali biex iheggu lir-residenti taghhom jiehdu anki huma inizjattivi favur l-ambjent.

Chris Said qal li l-kuxjenza ambjentali qed tizdied f’pajjizna. Xhieda ta’ dan hu l-involviment ta’ kwazi nofs il-lokalitajiet Maltin u Ghawdxin li wiegbu ghas-sejha tal-Kummissjoni Ewropea u nghaqdu ma’ mijiet ta’ lokalitajiet Ewropej biex iffirmaw il-Patt tas-Sindki.

29 Sindku Malti huma fost 1,680 Sindku iehor li waqt cerimonja li saret illum (it-Tlieta 4 ta’ Mejju) fil-Parlament Ewropew fi Brussell, weghdu li se jahdmu biex sas-sena 2020 il-lokalitajiet taghhom inaqqsu l-emissjonijiet u t-tniggiz fl-arja.

Il-Kunsilli Lokali li ffirmaw dan il-Patt huma: Hal Balzan, Birkirkara, Ghajnsielem, Hal Ghaxaq, Had Dingli, Hal Gharghur, Hal Tarxien, Haz Zebbug, l-Iklin, l-Isla, il-Kalkara, Hal Kirkop, Marsaskala, l-Imdina, l-Imgarr, il-Mosta, in-Naxxar, Pembroke, il-Qrendi, San Giljan, San Lawrenz, San Pawl il-Bahar, Santa Lucija, Santa Venera, tas-Sliema, is-Swieqi, Ta’ Xbiex, ix-Xaghra u x-Xewkija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow