Left arrow Go Back

IL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAHAR JILQA' DELEGAZZJONI MINN POZZALLO

PR0792
Date Icon 04/05/2010

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar iffirma ftehim ta’ koperazzjoni mal-lokalita’ ta’ Pozallo fi Sqallija. Dan l-iffirmar sar waqt ċerimonja li għaliha attendiet delegazzjoni minn Pozzallo li kienet tinkludi l-Viċi Sindku ta’ Pozzallo, is-Sur Sigona. Għaċ-ċerimonja attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said li tkellem dwar l-importanza ta’ kollaborazzjoni u ġemellaġġi bejn kunsilli lokali minn pajjiżi differenti u qal li dawn jgħinu biex ikun hemm ideat ġodda u anki sabiex nesponu l-kultura tagħna f’lokalitajiet barra minn Malta.

Il-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar u dik ta’ Pozzallo ghandhom diversi elementi komuni fosthom il-popolazzjoni, fejn fix-xitwa jkollhom popolazzjoni ta’ madwar 18,000 u fis-sajf il-popolazzjoni f’San Pawl il-Baħar tiżdied għal madwar 60,000 u dik ta’ Pozzallo għal madwar 50,000. Din iż-żieda fil-popolazzjoni hija riżultat tal-influss ta’ turisti u nies lokali li fis-sajf iżuru jew imorru jgħixu f’dawn il-lokalitajiet minħabba li t-tnejn huma viċin il-baħar.

Elementi oħra komuni huma it-Torri Wignacourt f’San Pawl il-Baħar u t-Torri ta’ Cabrera f’Pozzallo. Insibu wkoll diversi festi reliġjuzi komuni bhal dik ta’ San Pawl li jigu ċelebrati fiż-żewġ lokalitajiet.

Qabel din iċ-ċerimonja, delegazzjoni minn San Pawl il-Baħar mmexxija mis-Sindku Graziella Galea kienet attendiet għal konferenza tal-aħbarijiet fi Sqallija fejn ġie mħabbar dan il-ftehim flimkien mas-Sindku ta’ Pozzallo is-Sur Sulsenti. Ftit jiem wara delegazzjoni minn Pozzallo waslet fi gżiritna biex ikomplu jiġu diskussi l-punti komuni bejn iż-żewġ lokalitajiet u kif dawn il-lokalitajiet jistgħu jaħdmu flimkien.

Il-ħsieb taż-żewġ Kunsilli Lokali hu li ma jinvolvux biss l-amministrazzjoni iżda wkoll ir-residenti f’ħidma sabiex il-lokalitajiet jimxu ‘il quddiem u r-residenti jgawdu minn kwalita ta’ ħajja aħjar. Żgħazagħ u anzjani se jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-iskambji bejn iż-żewġ lokalitajiet filwaqt li se jiġu organizzati attivitajiet li jgħinu s-settur turistiku mhux biss matul ix-xhur tas-sajf iżda wkoll matul ix-xitwa.

Aktar informazzjoni: http://www.rgnews.it/comuni/pozzallo-gemellaggio-in-dirittura-darrivo-fra-la-citta-maltese-di-saint-paul-bay-e-pozzallo/ 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow