Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Tonio Borg, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin lill-Kunsill Generali tal-Union Haddiema Maghqudin, bit-tema:  Il-Golf Gharbi: L-Impenn tal-Gvern biex ihajjar investimen gdid f’pajjizna – Furjana – 4 ta

PR0791
Date Icon 04/05/2010

Segretarju Generali,

Membri tal-Kunsill,

Inħossni onorat li ġejt mistieden hawn illum biex nindirizza lil persuni li jiffurmaw parti integrali tal-mutur tal-ekonomija tagħna.   Il-ħsieb tiegħi illum huwa li naqsam magħkom l-esperjenza tiegħu fiż-żjara flimkien mal-Prim Ministru fil-pajjiżi tal-Golf Għarbi u kif din iż-żjara tifforma parti integrali tal-viżjoni 2015.

Nibda biex nagħti ħarsa lejn dan ir-reġjun u lejn ir-raġunijiet għaliex huwa daqsekk importanti għalina.  Fit-tieni parti ser nagħti ħarsa lejn iż-żjara u nikkonkludi billi inħares il-quddiem għall-prospetti li dan ir-reġjun għandu għal pajjiżna. 

Il-Golf Għarbi

Il-Golf Għarbi, mgħaruf bħala l-Pajjiżi tal-Golf Persjan huwa grupp ta’ Sitt pajjiżi monarkiċi Għarab li fl-1981 iffurmaw il-Gulf Cooperation Council (GCC).   Il-pajjiżi huma :  il-Kuwait, il-Bahrain, is-Sawdi, il-Qatar, l-Emirati Għarab Maqgħuda u l-Oman.

Fuq l-istess linji tal-Unjoni Ewropeja, il-GCC hija unjoni politika, ekonomika, soċjali kif ukoll reġjonali.  Hija bbażata fuq il-prinċipju li flimkien il-pajjiżi membri huma aktar b’saħħithom f’dinja li iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar issir diffiċli tibqa waħdek.  Hija unjoni bbazata fuq ħtiġijiet komuni internazzjonali li l-istati membri ħassew fis-snin tmenin li huma importanti għall-futur tagħhom.  Apparti is-sistemi governattivi kif ukoll ħafna xejriet kulturali li huma simili, l-ekonomiji ta’ dawn il-pajjiżi membri huma kollha bbażati fuq il-produzzjoni taż-żejt u il-gas.  F’dawn l-aħħar xhur ir-riċessjoni globali laqtet ukoll il-Golf Għarbi u deher biċ-ċar l-importanża li għandha din l-Unjoni għal pajjiżi membri.

Xi ftit ċifri

Tajjeb li qabel ma nidħol fid-dettalji taż-żjara tagħna nħarsu ftit lejn ċifri li jgħatu indikazzjoni ċara għala dan ir-reġjun huwa strateġikament importanti għal pajjiżna.

Il-pajjiżi tal-Golf flimkien jgħoddu l-fuq minn 40 miljun ruħ, miġbura f’żona ta’ kummerċ ħieles.  Il-GDP per capita ta’ dawn il-pajjiżi huwa ta’ $22,000.  Iż-żieda fil-prezz taż-żejt f’dawn l-aħħar snin kellu effett mhux żgħir fuq it-tkabbir ta’ l-ekonomiji ta’ dan ir-reġjun.  Naturalment ir-riċessjoni affetwat ftit li xejn lill-ekonomiji tar-reġjun li jibqgħu fost l-ekonomiji l-aktar b’saħħithom fid-dinja.  L-interess f’dawn is-swieq hija ta’ importanza enormi għal pajjiżna li bħala membru tal-Unjoni Ewropeja u membru taz-żona ewro toffrilna opportunatijiet ta’ skambju u investiment liema bħalhom.  Il-fatt li aħna pajjiż zgħir li dejjem kellna relazzjonijiet mill-aqwa ma’ dawn il-pajjiżi tpoġġina f’pożizzjoni eċċezzjonali li nibbenefikaw, kif infatti diġa huwa il-każ, minn aktar opportunitajiet għall-industrija u l-intrapriża tagħna.  Fl-istess ħin ngħarrfu il-potenzjal li dawn il-pajjiżi joffru f’termini ta’ investiment ġdid għal pajjiżna li fl-aħħar mill-aħħar isarraf f‘aktar postijiet tax-xogħol.  Minn naħa tagħna għarafna dan il-fatt u qed ngħamlu ħilitna kollha biex mill-kliem immorru għall-fatti.  F’dan is-sens iż-żjara tagħna kienet suċċess. 

Iż-Zjara tagħna fil-Golf

Id-delegazzjoni li kienet immexxija mill-Prim Ministru kienet tinkudi wkoll

-          Lill-Ministru Tonio Fenech

-          L-Ambaxxatur Godwin Montanaro

-          Il-Malta Enterprise

-          L-Awtorità tat-Turiżmu

-          Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriża

-          Finance Malta

-          GRTU

-          Delegazzjoni kummerċjali ta’ madwar 30 peruna

Qed nagħmlu minn kollox biex iż-żjarat uffiċjali barra minn Malta jinkludu wkoll delegazzjonijiet kummerċjali.  Kummerċjanti Maltin u Għawdxin qed jingħataw l-opportunità li jgawdu minn kuntatti diretti organizzati mill-Malta Enterprise u l-Ambaxxati tagħna fil-pajjiżi li inżuru.  F’dawn l-aħħar sentejn mexxejt delegazzjonijiet kummerċjali fil-Portugall, l-Ukraina, fil-Polonja, u fil-Qatar .  Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed jinbidel skond iċ-ċirkostanżi u l-bżonnijiet ta’ pajjiżna.  Illum, bħala membru tal-Unjoni Ewropeja irridu insaħħu il-pożizzjoni tagħna barra minn xtutna.  Irridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex dan il-pajjiż isir ċentru ta’ eċċellenza f’diversi oqsma fosthom fl-edukazzjoni, fl-informatika u fis-servizzi finanzjarji.

Irridu nkomplu nibu fuq is-suċċessi li rreġistra pajjiżna s’issa. Is-settur tal-avjazzjoni huwa eżempju ta’ dan is-suċċess. Dan qed ikun importanti ħafna għall-pajjiżna, mhux biss għax kumpaniji internazzjonali kbar fit-tiswija tal-ajruplani bħall-Lufthansa Technik u l-SR Technics għażlu l-Malta biex jinvestu, iżda wkoll fil-ġranet li għaddew il-Parlament Malti iddiskuta kif se jkun qed isaħħaħ il-liġijiet Maltin biex joħloq ambjent li fih ikunu reġistrati iktar ajruplani f’Malta, kif diġà jsir, b’suċċess, fil-qasam marittimu.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ilu konxju ta’ din ir-realta’. Taħt it-tmun tiegħi qed inwettqu programm mall-Ambaxxaturi u Konsli Maltin residenti Malta kif ukoll barra minn Malta biex ikunu dejjem iktar aġġornati fuq dak li toffri l-ekonomija ta’ Malta. Fl-istess waqt ikunu jistgħu iwasslu aħjar il-potenzjal ta’ Malta biex tattira aktar investiment.

Insemmu l-laqghat mad-diversi istituzzjonijiet li jmexxu l-ekonomija li kellhom l-Ambaxxaturi u il-Konsli Maltin meta inġabru Malta għall-laqgħa annwali tagħhom.  Kull minn jirrapreżenta lill-pajjiżna jaf li l-għan ewlieni tal-posizzjoni tiegħi hija waħda – li nattiraw aktar investiment lejn Malta kif ukoll niffaċilitaw il-kuntatti kummerċjali bejn il-Maltin u il-barranin.

Iz-żjara fil-Golf kienet parti mill-viżjoni tagħna għal pajjiż integrat sew fl-ekonomija globali, minkejja riċessjoni li ġabet lil pajiżi, anki ġirien tagħna, għal rkuptejhom.  Huwa inkoraġġjanti li fix-xahar ta’ Marzu il-qgħad naqas bi 300 ruħ meta imqabbel ma’ Frar.   Dan ħareġ biċ-ċar fil-laqgħat kollha li kellna fil-pajjiżi li żorna.  Aħna żorna erbgħa mis-sitt pajjiżi fiż-żona ta’ kummerċ ħieles tal-Golf li huma:

Emirati Għarab Magħquda

Abu Dhabi

·        Iddiskutejna ir-relazzjonijiet bilaterali

·        Spjegajna lill-investituri minn Abu Dhabi x’joffri pajjiżna

·        Aċċenn fuq Smart City kif ukoll it-titjib fil-konessjonijiet bl-ajru bejn iż-żewġ pajjiżi

·        L-opportunitajiet li toffri Malta fis-settur tat-turiżmu, l-edukazzjoni u Għawdex.

Ma minn iltqajna

·     Business Forum – il-Prim Ministru indirizza madwar mitt negozjant minn Abu Dhabi fil-preżenza tal-Ministru tal-Kummerċ ma Barra tal-Emirati.

·     Fi tmiem il-Business Forum Is-Sur. Alan Camilleri tal-Malta Enterprise iffirma Memorandum of Understanding mad-Direttur Ġenerali tal-Abu Dhabi Chamber of Commerce and Industry. 

·     Laqgħat wiċċ imbwiċċ ma imprendituri Maltin u minn Abu Dhabi.

·     Laqgħa mal-Maltin li jaħdmu Abu Dhabi li kompliet issaħħaħ it-teżi tagħna li hemm ħafna potenzjal ta’ investiment barrani

·     Laqgħa maċ-Chief Operations Officer ta’ Mubadala Aerospace fejn ġie iffirmat ftehim bejn Technics u l-Malta Industrial Parks.  Sodisfazzjon mill-operaturi tal-linja tal-ajru Etihad Airways, li għada kif ordnat ix-xiri ta’ 100 arjuplan ieħor, tax-xogħol li tlesta Malta fuq l-arjuplan taghħom.  Tassew illum pajjiżna jinsab fuq il-mappa ta’ din l-industrija u l-fama tagħna qed tikber b’pass mgħaġġel.

Bahrain

·     Pajjiż li qed jikber b’rata mgħaġġla;

·     Problemi fi-provvista tal-ilma; jużaw desalination plants;

·     Settur finanzjarju b’saħħtu;

·     Diskussjonijiet speċjalment dwar it-turiżmu, is-servizzi finanzjarji, l-edukazzjoni u l-industrija tal-avjazzjoni.

Organizzajna matul iż-żjara;

·     Finance Malta organizzat seminar għas-settur finanzjarju flimkien mal-Financial Times. Indirizzaw is-seminar il-Prim Ministru u il-Ministru Tonio Fenech li spjegaw l-opportunitajiet li toffri Malta fis-settur finanzjarju. 

Laqghat Politiċi ġew organizzati bejn:

·     Mal-Prim Ministru Sheikh Khalifa bin Salman al-Khalifa

·     Viċi Prim Ministru mal-Ministru ta’ l-Istat tal-Affarijiet Barranin Dr. Nizar bin Sadeq Al Baharna.  Ġie diskuss ftehim fuq konsultazzjoni politika bejn il-Ministeri rispettivi kif ukoll qbilna fuq il-prinċipju ta’ ftehim fuq il-garanzija tal-investiment.  Iddiskutejt ukoll il-possibilita’ li jinħarġu visas għall-Maltin fl-arjuport.

·     Mal-Ministru tal-Finanzi u l-Ekonomija Sheikh Ahmad bin Muhammed bin Hamad Abdallah Al Khalifa  - Iffirmaw ftehim ta’ ħelsien mit-tassazzjoni doppja.

·     Laqgħat għad-delegazzjoni kummerċjali – saru f’postijiet differenti skont in-natura tan-negozju.

Kuwait

·     Storja ta’ pajjiż li reġgħa inbena wara il-gwerra mal-Iraq. 

·     Ekonomija li qed tkun diversifikata u mhux biss ibbażata fuq ir-riżorsi naturali

·     Ġieħ u unur għall-President Emeritus Guido De Marco, li jibqa’ imfakkar għas-sostenn u l-għajnuna li ta lill-Kuwait fi żminijiet koroħ.

·     Rimarki sbieħ fuq l-Universita’ ta’ Malta li tiġbor studenti mill-Kuwait li qed jistudjaw hawn.

Laqghat li kellna jinkludu:

·     Mal-Prim Ministru tal-Kuwait;

·     Mal-iSpeaker tal-Assemblea Nazzjonali, Jassim Mohammed Al-Kharafi;

·     Iffirmajna tlett ftehim ma’ żewġ Ministri tal-Kabinett dwar is-saħħa li jippermetti skambju ta’ informazzjoni kif ukoll dwar kooperazzjoni politika u ieħor dwar is-settur tal-komunikazzjoni.

·     Kelli laqgħa mas-sidien tal-bank Fimbank li illum jopera f’pajjiżna. Huwa kien akkumpanjat mir-rapreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u Intrapriża, GRTU, Malta Enterprise, MTA u Finance Malta.  Ġew diskussi diversi temi fosthom dawk ta’ kif din il-kumpanija tista’ tkabbar l-investiment.

Qatar

Din iż-żjara issegwi dik li għamilt f’Awissu li għadda flimkien mal President George Abela li minn hawn insellimlu u nawguralu fejqan ta’ malajr.  Għadni nasal miż-żjara tiegħi fiċ-Ċina immexxija mill-E.T il-President ta’ Malta fejn għal darba oħra kont qed insegwi il-kuntatti lli għamilt fiż-żjara tiegħi fiċ-Ċina xahar ilu, fl-istess kuntest taż-żjara tagħna fil-Golf Persiku.  It-tkabbir tal-investiment barrani lejn pajjiżna hija realta’ li qed naħdmu fuqha ma’ kull żjara. 

Fil-Qatar din id-darba iffirmajna tlett ftehim oħra wara is-sitta li konnha iffirmajna fiż-żjara tagħna s-sena li għaddiet.  Dan iwassal biex f’temp ta’ ftit xhur pajjiżna jkollu disa’ ftehim mal-Qatar.  Kellna laqgħat

·     Mal-Prim Ministru Sheik Hamad bin Jassem bin Khalifa al-Thani. Iddiskutejna l-investiment li l-Qatar qed tagħmel barra mill-pajjiż.  B’sodisfazzjoni nista’ ngħid li il-Prim Ministru tal-Qatar apprezza mill-qrib il-pożizzjoni unika li tgawdi Malta speċjalment fis-settur turistiku.  F’dan il-kuntest issemmew il-ħruġ ta’ visas għall-Maltin li jridu jgħamlu negozju mal-Qatar kif ukoll link dirett tal-ajru bejn iż-żewġ pajjiżi. 

·     Żjara fil-Qatar Foundation u Education City – kunċett interessanti li diġa’ beda jħalli frott fil-Qatar u li nkunu nistgħu nissieħbu miegħu.

Għeżież Membri,

Il-laqgħat li kellna fil-Golf Għarbi jikkonfermaw ir-rispett u l-fiduċja kbira li Malta tgawdi f’dan ir-reġjun.  Aħna irridu inkattru l-ġid f’pajjiżna. Ħa nsaħħu l-ħidma tagħna barra minn Malta biex nattiraw dejjem aktar investiment ġdid u noħolqu aktar xogħol.  Il-Ministeru tiegħi huwa impenjat bis-sħiħ għal dan il-għan. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow