Tnedija tal-Life Sciences Centre
B’investiment li jlahhaq l-€20 miljun, il-Life Sciences Centre se joffri opportunita’ ghar-ricerkaturi u kumpaniji f’kull qasam marbut max-xjenza medika li jahdmu minn centru b’facilitajiet avvanzati.
Ic-centru ghandu jkun ta’ interess partikolari ghall-industrija tal-farmacewtika, laboratorji ta’ ricerka fil-qasam mediku, genetiku u ta’ bioteknologija, kif wkoll ghal istituzzjonijiet akkademici ta’ ricerka u zvilupp. L-intenzjoni tal-Gvern u l-Malta Enterprise hija li dan ic-centru jservi ta’ xprun ghall-holqien ta’ industrija tal-bioteknologija, bhala zvilupp naturali fuq it-tkabbir li Malta esperjenzat fil-qasam tal-farmacewtika.
Il-facilitajiet jinkludu spazju ghal-laboratorji jew ghall-ufficini ghal dawk li jahdmu fic-centru, kif ukoll spazju komuni bhal meeting rooms u facilitajiet ghall-konferenzi.
Barra minn hekk, il-vicinanza ghall-isptar u ghall-universita’ tfisser li tista’ ssir kollaborazzjoni maghhom u jintuzaw il-facilitajiet taghhom ukoll.
Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech spjega kif il-progett se jghin biex tkompli ssir il-bidla minn investiment ta’ valur baxx ghal wiehed b’valur ghola li jrendi aktar lill-ekonomija lokali, skond il-vizjoni 2015 tal-Gvern.
Tonio Fenech qal li dan ic-centru se jipprovdi opportunità wkoll biex iż-żgħażagħ, ir-riċerkaturi u x-xjentisti tagħna ma nitilfuhomx u nkunu nistgħu nagħtuhom opportunitajiet li jikbru u jimirħu f’pajjiżna.
Huwa spjega kif fiċ-ċentru, li se jkun mifrux fuq 10,000 metru kwadru, se jkun hemm business incubation centre fuq firxa ta’ 3,500 metru kwadru li jkompli fuq is-success miksub mill-incubation centre ta’ Kordin, fejn fl-aħħar snin aktar minn 50 kumpanija ġdida bdiet topera b’suċċess minn dan iċ-ċentru.
Ic-Chairman ta’ Malta Enterprise Alan Camilleri spjega kif ic-centru joffri ukoll possibilita’ li jkunu attirati clusters f’dan is-settur, fejn kumpaniji li jkollhom xoghol marbut ma’ xulxin jkollhom il-possibilita’ li jahdmu flimkien mill-istess post. Fil-fatt, il-Malta Enterprise diga’ tinsab f’diskussjonijiet ma’ centri ta’ ricerka u centri simili barranin sabiex jigu nvestigati s-sinergiji li jistghu jinholqu permezz ta’ dan ic-Centru.
Hu habbar li aktar tard matul din is-sena ser titwaqqaf il-Life Sciences Foundation sabiex tibda x-xoghol ta’ zvilupp tal-mudell kummercjali li fuqu ser jitmexxa dan ic-Centru. Il-Life Sciences Foundation ser ikollha wkoll ir-responsabbilta’ li tidhol f’tishib strategiku ma’ Universitajiet, Laboratorji ta’ Ricerka u centri simili biex ic-Centru Malti jkun parti minn katina internazzjonali filwaqt li jkollu l-kredibilita’ necessarja sabiex jigbed fih kumpaniji ta’ statura internazzjonali. F’dan is-sens, diskussjonijiet ma’ grupp ta’ esperti internazzjonali diga’ ilhom ghaddejjin mill-bidu ta’ din is-sena.
Il-Master Plan tal-progett sar mill-AP, filwaqt li TBA Periti intghazlu biex jaghmlu l-pjanti tal-progett. QPM Ltd se jkunu project managers, filwaqt li 2Bio Ltd u ZBP Consulting Engineers huma konsulenti ghall-progett. 2Bio Ltd huma esperti f’dan il-qasam u joperaw il-MerseyBio fir-Renju Unit – progett simili fil-qasam tal-bioteknologija.
Il-progett hu ko-finanzjat bejn il-Gvern Malti u l-Fond Ewropew ghall-Izvilupp Regjonali (ERDF).
It-twaqqiegh tal-bini ezistenti mistenni jibda aktar tard din is-sena u wara jibda x-xoghol ta’ kostruzzjoni fuq l-ewwel fazi tal-progett, li mistennija tkun lesta sa l-ahhar ta’ l-2013 skond iz-zmien stipulat mill-kundizzjonijiet tal-ERDF.
.../pr0789a.jpg
.../pr0789b.jpg
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990