Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JZUR LILL-PRESIDENT FL-ISPTAR MATER DEI

PR0786
Date Icon 03/05/2010

Il-lejla l-Prim Ministru Lawrence Gonzi żar lill-President ta’ Malta George Abela fl-iSptar Mater Dei.

Il-Prim Ministru awgura lill-President fejqan ta’ malajr u esprima t-tama li l-President jirritorna għall-attivita’ pubblika fl-iqsar żmien possibbli.

Il-Prim Ministru esprima l-apprezzament tiegħu għall-għajnuna li ngħatat mill-Gvern Ċiniż matul il-perijodu li l-President kien qiegħed jingħata kura fiċ-Ċina u għall-għajnuna li ngħatat biex il-President ikun jista’ jirritorna pajjiżna biex ikompli l-kura l-Isptar Mater Dei.

Il-Prim Ministru rringrazzja wkoll lill-awtoritajiet tas-saħħa u lill-istaff mediku fl-iSptar Mater Dei li kien qiegħed f’kuntatt mal-awtoritajiet mediċi fiċ-Ċina biex il-President ikun jista’ jkompli bil-kura f’Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow