Left arrow Mur Lura

Emendi biex isir blacklisting ta’ min jikser il-liġi

PR0784
Date Icon 03/05/2010

Il-Gvern se jressaq emendi biex persuna li tkun kisret il-ligi ma tkunx tista’ tieħu xogħol b’tenders tal-Gvern.  Dan jgħodd ukoll anki għall-kumpaniji fejn ikun hemm direttur jew diretturi li jkunu kisru l-ligi. 

Sal-lum il-liġijiet ta’ Malta ma jipprovdux għal dan u meta persuna tingħata interdett mill-Qorti skont il-kodiċi kriminali, dan ikun ifisser biss li ma tkunx tista’ tokkupa kariga pubblika. 

B’referenza għal każ li tqajjem dwar SR Ħandaq irid jingħad li ma kinitx il-kumpanija li nstabet ħatja izda wieħed mid-diretturi.  Dan kien jippermetti lill-kumpanija li titfa’ l-offerti tagħha.   Bl-emendi li se jagħmel il-Gvern dan mhux se jkun aktar possibbli u kumpanija titlef id-dritt li titfa’ l-offerti anki meta jkun hemm direttur li jkun instab ħati.  F’dan il-każ lanqas il-Qorti ma qalet li għandu jkun hemm skwalifika għal tenders.  Madanakollu l-Gvern se jbiddel ir-regolamenti biex ikun hemm blacklisting, kemm tad-diretturi, kif ukoll tal-kumpaniji li fihom ikun hemm diretturi li nstabu ħatja li kisru l-ligi. 

Il-Gvern jemmen li m’għandux jaċċetta li min abbuża u kiser il-liġijiet ta’ pajjiżna, jingħata offerti pubbliċi. 

Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment talab li jiġu analizzati l-liġijiet u r-regolamenti biex isiru l-emendi meħtieġa. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow