Left arrow Go Back

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-PROGRAMM ESPON 2013

PR0781
Date Icon 03/05/2010

Id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jinforma lill-partijiet kollha interessati dwar it-tnedija tas-Sejħa għall-Proposti li tmiss taħt il-Programm ESPON 2013. 

Il-Programm ESPON 2013 huwa kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi msieħba li huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Isvizzera. Dan il-programm għandu jkun ta’ sostenn għall-iżvilupp tal-politika f’dak li għandu x’jaqsam mal-għan tal-koeżjoni territorjali u l-mekkaniżmi mmirati lejn żvilupp armonjuż bejn it-territorji Ewropej. ESPON għandu jgħin l-Iżvilupp tal-Politika ta’ Koeżjoni b’informazzjoni, evidenza, analiżi u xenarji mill-Ewropa kollha u komparabbli dwar qafas ta’ kundizzjonijiet għall-iżvilupp tar-reġjuni, bliet, u territorji akbar. B’hekk il-programm għandu jiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ kapital territorjali u opportunitajiet ta’ żvilupp u b’hekk ukoll jikkontribwixxi biex itejjeb il-kompetittività Ewropea, għat-tkabbir u tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għal żvilupp ibbilanċjat u sostenibbli.  

Xjentisti, esperti, rappreżentanti tal-universitajiet, istituti ta' riċerka, u kumpaniji minn 31 pajjiż ewropew huma mistiedna biex jieħdu sehem f'dawn il-proġetti l-ġodda tal-ESPON. Il-baġit disponibbli għal din is-sejħa jammonta għal €4,600,000. 

Is-sejħa għall-proposti hija miftuħa sa mit-3 ta’ Mejju 2010 u d-data tal-egħluq għas-sottomissjoni tal-proposti hija fit-28 ta’Ġunju 2010. 

Is-sejħa tinkludi s-segwenti: 

Sejħa għall-proposti dwar it-temi fuq ir-Riċerka Applikata (Prijorità 1 tal-Programm ESPON 2013). 2 temi, €1,800,000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow