Left arrow Go Back

FINALI TAL-GOZO EQUINE CUP

PR0779
Date Icon 03/05/2010

Folla sabiħa ta’ Maltin u Għawdxin attendiet għal finali tal-Gozo Equine Cup li saru fil-korsa Ta’ Xħajma f’Għawdex il-bieraħ.  Il-Gozo Equine Cup hija kompetizzjoni ġdida organizzata mill-Gozo Horse Racing Association bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika. 

Il-meeting tal-bieraħ kien jikkonsisti f’finali tal-klassijiet A1, A, B u C/D flimkien ma’ tiġrijiet oħra tat-trott u tal-ponijiet.  Fil-finali tal-Klassi A1 ikkompetew 5 żwiemel minn Malta u 2 minn Għawdex filwaqt li fi Klassi A kien hemm żewġ żwiemel minn Malta u 5 minn Għawdex.  Fi Klassi B kien hemm seba’ żwiemel minn Għawdex u wieħed minn Malta u fi Klassi C/D kien hemm żiemel wieħed minn Malta u 8 minn Għawdex.  Fi tmiem il-ġimgħa ta’ qabel kien hemm il-programm tal-heats u dan, bħal programm tal-bieraħ, ġibed għadd sabiħ ta’ dilettanti lejn il-korsa Ta’ Xħajma. 

L-erba’ finali tal-bieraħ kienu tassew eċitanti u kumbattuti sal-aħħar tant li fil-finali tal-Klassi A kellna Death Heat, jiġifieri zewġt iżwiemel qabżu l-linja finali eżatt flimkien.  It-tiġriiet l-oħra kienu nteressanti wkoll b’uħud minnhom ikunu bi tmiem tassew missielet. 

Is-suċċess taż-żewġ programmi tal-Gozo Equine Cup jawgura tajjeb biex din il-kompetizzjoni issir appuntament annwali fil-kalendarju sportiv Għawdxi, u kemm il-Gozo Horse Racing Assoxiation u kif ukoll is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali se jaħdmu biex din il-kopetizzjoni tkompli tikber u tissaħħaħ. 

Fi tmiem il-finali ta’ kull klassi is-Segretarju Parlamentari Chris Said ipprezenta t-trofej u l-premijiet fi flus lir-rebbieħa. 

Ir-rizultati kollha tal-bieraħ huma annessi.

                                                                                                ... / pr0779a, 

.../pr0779b. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow