Saħħa Mentali: Il-benefiċċji ta’ okkupazzjoni
Matul dawn l-aħħar xhur, l-Onor. Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` enfasizza li l-attivita’ hija ferm importanti fil-ħajja tal-bniedem. Fil-qasam tas-saħħa mentali, l-attivita’ hija wkoll meqjusa bħala terapija li tgħin biex il-persuna terġa tikseb ħiliet varji sabiex taffronta l-ħajja b’mod aktar effettiv.
“Fil-fatt matul il-ġurnata ninvolvu rwieħna f’attivitajiet differenti li huma relatati mal-kura personali, max-xogħol u mal-passatempi. Meta l-attività jkollha tifsira għall-persuna speċifika, din tigi kkunsidrata bħala okkupazzjoni. Għalhekk, l-okkupazzjoni ma tinvolvix biss ix-xogħol, imma wkoll tista’ tinkludi dak kollu li persuna twettaq matul il-ġurnata.”
Dan l-involviment f'okkupazzjonijiet diversi huwa importanti għas-saħħa mentali tal-bniedem. Diffikultajiet ta' saħħa mentali jaffettwaw il-parteċipazzjoni tal-individwu fl-okkupazzjonijiet. Dan jista' jiġri minħabba l-istigma kontra s-saħħa mentali, u n-nuqqas ta' għarfien tal-importanza li persuna tibqa’ tinvolvi ruħha fl-okkupazzjonijiet li tixtieq. Għalhekk id-Dipartiment tat-Terapija Okkupazzjonali fl-Isptar Monte Karmeli flimkien ma' Actavis se jorganizzaw seminar sabiex tiġi diskussa l-importanza tal-okkupazzjoni fil-kura tas-saħħa mentali.
Dan is-seminar bl-isem: Occupying people? Occupying time? The benefits of occupation in mental health care, se jsir it-Tlieta 11 ta' Mejju, 2010 bejn it-8:30am u n-12:30pm. Dan is-seminar huwa ndirizzat għall-persuni li jesperjenzaw diffikultajiet ta' saħħa mentali u l-qraba tagħhom, professjonisti, studenti, ħaddiema u min iħaddem, u l-pubbliku inġenerali.
Għal iktar informazzjoni u programm dettaljat wieħed jista' jċempel lid-Dipartiment tat-Terapija Okkupazzjonali, Sptar Monte Carmeli fuq 23304069/4509 jew jibgħat e-mail fuq occupation@live.co.uk
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990