aggornament dwar il-president george abela
It-team mediku Malti llum rega kien f’kuntatt mat-team mediku li bhalissa qieghed jikkura lil Eccellenza Tieghu il-President George Abela fic-Cina. Din il-kura qed tigi segwitha mit-team Malti sabiex mar-ritorn tal-President Abela jkun hemm ontinwita’ ta trattament.
Sadanittant, il-Gvern Ciniz ghamel l-arrangamenti neccessarji sabiex il-President George Abela jirritorna lura Malta b’ajruplan armat b’apparat u personnel mediku sabiex ikun jista’ jwassal lill President b’dak kollu li jkun mehtieg matul il-vjagg.
Il-President u s-Sinjura Abela, flimkien mad-delegazzjoni li jtilqu mic-Cina ghal-habta tad-0900 ta’ filghodu ta’ ghada (hin Ciniz – jigifieri f’xi 0300 ta’ filghodu hin Malti) u mistennija jaslu Malta ghal habta tal-16.00 (hin Malti).
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990