ELEZZJONIJIET GĦALL-KUMITATI AMMINISTRATTIVI GHALL-KOMUNITAJIET - IS-SIBT, 5 TA’ ĠUNJU 2010
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi fil-5 ta’ Ġunju, 2010, ser isiru elezzjonijiet għal tmien (8) Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet, li huma:
Gwardamangia (Pieta’)
St. Peter’s (Ħaż-Żabbar)
Ħal-Farruġ (Ħal Luqa)
Il-Baħrija (Ir-Rabat)
Tal-Virtu’ (Ir-Rabat)
Is-Swatar (Birkirkara u L-Imsida)
Baħar iċ-Ċagħaq (In-Naxxar)
Burmarrad (San Pawl il-Baħar).
Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll lil dawk il-persuni li se jikkontestaw l-elezzjonijiet imsemmija li, jekk jixtiequ jinformaw ruħhom fuq kif għandhom jimxu mal-proċeduri ta’ dawn l-elezzjonijiet, għandhom imorru l-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.
Billi dawn il-proċeduri għandhom diversi dati ta’ skadenza, ikun fl-interess tal-kandidat prospettiv li jinforma ruħu mill-aktar fis possibbli qabel id-data ta’ meta jiftħu n-nominazzjonijiet tal-kandidati, jigifieri, it-Tnejn 3 ta’ Mejju, 2010.
In-Nominazzjonijiet tal-kandidati ser jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali mit-Tnejn 3 sal-Erbgħa 5 ta’ Mejju, mid-9.00 ta’ filgħodu sa nofsinhar u mis-2.00 sal-5.00 ta’ wara nofsinhar. Nominazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta. Kull applikant għandu jippreżenta l-formola tan-nomina preskritta mimlija, jagħmel depositu ta’ 90 euro u għandu jippreżenta l-Karta tal-Identita’. Il-formoli jistgħu jinkisbu mil-lum mill-uffiċċju msemmi.
www.electoral.gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990