RITRATTI U DVDs TAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA
PR0733
27/04/2010
Id-Dipartiment tal-Informazzjoni għandu ritratti li jkopru ż-żjara kollha tal-QT il-Papa Benedittu XVI f’Malta, bejn is-17 u t-18 April 2010.
Kopji ta’ dawn ir-ritratti jistgħu jiġu ordnati mill-Uffiċċju tal-Bejgħ, Dipartiment tal-Informazzjoni, 3 Pjazza Kastilja, l-Belt Valletta, matul il-ġranet tax-xogħol bejn it-8.30 a.m. u t-3.15 p.m.
Dan l-Uffiċċju qed ukoll jaċċetta ordnijiet, flimkien mal-ħlas, għad-DVD li qed isir dwar iż-Żjara tal-QT il-Papa Benedittu XVI f’Malta, bejn is-17 u t-18 April 2010.
Wieħed jista’ jordna d-DVD fil-verzjoni mqassra għall-prezz ta’ €10, filwaqt li s-sett sħiħ ta’ 3 DVDs jista’ jigi ordnat għall-prezz ta’ €25.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990