Left arrow Mur Lura

Kampanja ta’ tilqim fl-Ewropa – 27 ta’ April 2010: It-Tilqim: responsabbilita tagħna lkoll

PR0730
Date Icon 27/04/2010

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewropea dedikata għall-promozzjoni tat-tilqim, l-Onor. Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ saħaq dwar l-importanza li wieħed jitlaqqam sabiex jiġu evitati konsegwenzi.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kulleġġ St Thomas More, Żejtun Primary B, l-Onor. Galea fakkar kif permezz tat-tilqim, ċertu mard bħal per eżempju l-ġidri qiegħed jiġi evitat u allura m’għadniex nisimgħu b’imwiet relatati. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li minkejja li ħafna jibżgħu mit-tingiża, u li kultant ikun hemm min iħossu ma jiflaħx wara li jieħu t-tilqima, dan huwa prezz baxx li wieħed iħallas sabiex tiġi evitata sitwazzjoni li tista’ anke twassal għal mewt.

Huwa importanti wkoll li kulħadd ikun jaf x’tilqim hawn, partikolarment f’każ ta’ safar.  Il-Gvern jgħaraf il-benefiċċji tat-tilqim u għalhekk joffri servizz ta’ tilqim bla ħlas fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana, kif ukoll fl-iskejjel.

Mario Galea qal li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tiffoka fuq l-eliminazzjoni tal-ħożba u ħożba Ġermaniża, bil-għan li dawn jiġu eliminati mir-reġjuni Ewropej sa l-aħħar tas-sena 2010.  

F’Malta n-numru ta’ każijiet ta’ ħożba huwa baxx (każ wieħed fl-2009) u l-aħħar każ ta’ ġidri r-riħ fit-trabi li għadhom fil-ġuf (congenital rubella syndrome) kien irrappurtat fl-1995. Fl-2007 ir-rati ta’ l-għotja tat-tilqim hawn Malta kienu 86% għall-ewwel doża tat-tilqima ta’ l-MMR (measles, mumps, rubella) u għat-tieni doża kienu ta’ 82%  fl-2007. 

Mario Galea qal li dawn il-persentaġġi jridu jiżdiedu, u li hija  responsabbilta’ ta’ kull wieħed u waħda minna, partikolarment il-ġenituri li jużaw is-servizz tal-Gvern u jżommu l-membri tal-familja l-bogħod minn mard infettiv.

Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li l-investiment li qed isir mill-Gvern f’dan il-qasam huwa wieħed li jissarraf direttament fis-saħħa tal-poplu,  b’mod partikolari tat-tfal. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow