STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
Fid-dawl ta’ diversi mistoqsijiet imqajjma mill-pubbliku, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici jirreferi għad-dibattitu pubbliku dwar it-twaqqif ta’ kumitat ai termini ta’ l-Artiklu 208 (5) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) li għandu l-funzjoni li jagħti l-pariri meħtieġa lill-istess Ministru sabiex għall-finijiet tal Artikolu 208 (4), “jagħmel regolamenti sabiex jiddeskrivi jew ifisser jew xort’oħra jistabbilixxi x’għandu jitqies bħala pornografiku jew oxxen għall-finijiet ta’ dan l-artikolu...”
L-istess artikolu tal-liġi jistipola li dan il-kumitat għandu jkun ippresedut mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u jkun magħmul minn erba’ Membri tal-Kamra tad-Deputati nominati mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Fi stqarrija datata 20 ta’ Jannar 2010, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern kien ikkomunika li ż-żewġ Deputati Parlamentari għan-naħa tal-Gvern kellhom jiġu nominati fi żmien qasir, filwaqt li wera t-tama li l-Oppożizzjoni ma ddumx sabiex tinnomina ż-żewġ Deputati tagħha. Għal dan l-għan, il-Prim Ministru, f’ittra datata 18 ta’ Marzu 2010, kien ħatar lill-Onor. Beppe Fenech Adami u lill-Onor. Francis Zammit Dimech bħala membri għan-naħa tal-Gvern u l-Onor. Charlo Bonnici u l-Onor. Edwin Vassallo bħala membri sostituti.
Il-Ministru Mifsud Bonnici, għas-skans ta’ kwalunkwa ekwivoku, irid jindika li appena l-Kap tal-Oppożizzjoni jinnomina d-Deputati Parlamentari ai termini tal-liġi fuq dan il-kumitat, huwa jibda jlaqqgħu għax xogħol mandat.
Ittra pr0721 pdf
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990