Left arrow Go Back

It-torri tal-arloġġ f’idejn il-Kunsill Lokali Mtarfa

PR0715
Date Icon 25/04/2010

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum mexxa ċerimonja ta’ devoluzzjoni li permezz tagħha il-Gvern għadda it-torri tal-arloġġ tal-Imtarfa lill-kunsill lokali tal-istess lokalita’.  Preżenti għal din id-devoluzzjoni li saret fl-okkazjoni ta’ Jum l-Imtarfa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Chris Said.

“Id-devoluzzjoni ta’ proprjeta’ pubblika lill-kunsilli lokali, u entitajiet oħra li għandhom għal qalbom il-ġid tal-lokalitajiet tagħna hija għodda utli u konkreta f’idejn il-Gvern biex iħaddem il-politika ta’ sussidjarjeta, u li permezz tagħha jinvesti fil-komunitajiet tagħna.  Permezz tad-devoluzzjoni, inkomplu ndakkru sens ta’ appartenenza fl-ibliet u l-irħula tagħna, filwaqt li nindukraw il-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna.”  Dan qalu Jason Azzopardi waqt din l-attivita’ li permezz tagħha it-torri li nbena fl-1895 għadda f’idejn il-Kunsill Lokali biex ikunu jistgħu isirulu l-interventi ta’ restawr u manutenzjoni kollha li jineħtieġ u biex jibda’ jinfetaħ għat-tgawdija tal-pubbliku. 

Jason Azzopardi qal li fl-aħħar xhur il-Gvern mexxa numru ta’ devoluzzjonijiet oħrajn bħal tal-lum, u li permezz tagħhom illum ir-residenti ta’ bosta lokalitajiet qed igawdu minn investimenti għaqlija frott l-entużjażmu u d-dedikazzjoni ta’ dik l-entita’, u l-impenn u l-viżjoni tal-Gvern li jagħraf il-potenzjal.

Chris Said faħħar il-Kunsill tal-Imtarfa li qed itella’ Jum l-Imtarfa  għat-tieni darba u li qed tkun ta' suċċess kemm mar-residenti tal-Imtarfa kif ukoll man-nies minn lokalitajiet oħra u mat-turisti.  Hu semma kif il-Kunsilli Lokali qegħdin jifhmu iktar il-kunċett tal-bżonn li jinvolvu iktar ir-residenti u dan qiegħed jintwera biċ-ċar bl-ammont ta’ residenti volontarji li qed jipparteċipaw biex jittellgħu dawn l-attivitajiet.

Chris Said tenna li kull ma jmur l-interess fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet lokali kulturali qiegħed jiżdied.  Fil-fatt din is-sena kien hemm 54 kunsill li qed jieħu sehem f’din l-iskema. Skema li l-għan ewlieni tagħha huwa li jiġu organizzati attivitajiet barra ix-xhur sajfin, jiġu rreklamati fuq Calendar of Events u fuq Is-sit elettroniku – www.visitmalta.com  ħalli nassiguraw li f'kull weekend ikun hemm xi attivita' li wieħed jista’ jżur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow