‘NORWEGIAN’ TIRDOPPJA T-TITJIRIET MINN COPENHAGEN
Il-kumpannija tal-ajru ‘Norwegian Air Shuttle ASA’ iddeċidiet li mis-sajf li ġej iżżid titjira oħra ma’ dik li diġa’ għandha minn Copenhagem. It-titjira ser tibda tkun nhar ta’ Erbgħa filgħaxija.
Il-kumpannija ‘Norwegian Air Shuttle’ iddeċidiet li tirdoppja t-titjiriet tagħha mill-kapitali Daniża. Dan minħabba li Malta hi l-iktar destinazzjoni popolari fost id-destinazzjonijiet li n-‘Norwegian Air Shuttle’ ittir għalihom minn Copenhagen.
Mill-bidu tas-sena ’l hawn aktar linji tal-ajru bdew joperaw rotot ġodda minn u lejn pajjiżna. Dan ser iwassal biex din is-sena n-numru ta’ ‘seats’ fuq l-ajruplani li jaħdmu minn u lejn Malta jitilgħu għal 3,168,000, żieda ta’ 220,000 ‘seat’, jew ta’ 7.5 fil-mija fuq is-sena l-oħra.
Pajjiżna huwa l-iktar pajjiż fl-Ewropa li jiddependi fuq l-aċċessibbiltà bl-ajru għat-turiżmu. Għalhekk l-ikbar ħidma tal-Gvern u tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tibqa’ dik li jkollna linji tal-ajru u rotot biżżejjed biex inservu lil kulmin ikun irid iżur pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990