Left arrow Mur Lura

STQARRIJA DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-PARTIT LABURISTA DWAR IL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA KIF RAPPORTATA MILL-FKNK

PR0703
Date Icon 22/04/2010

L-istqarrija tal-Federazzjoni, Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti dwar il-laqgħa mal-Partit Laburista, tixhed li l-Partit Laburista jaqbel mal-kaċċa ta’ 33,135 għasfur fir-rebbiegħa, sakemm l-FKNK mhix qed tirraporta ħażin lill-Partit Laburista.

L-istqarrija tal-FKNK tgħid testwalment li l-Partit Laburista “jaqbel mal-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa skont il-metodu xjentifiku adottat u propost mill-Kumitat Ornis.” Skont ir-rakkomandazzjoni tal-ORNIS tal-4 ta’ Marzu 2010, “the maximum number of birds to be hunted/trapped throughout the spring hunting season is not to exceed 22,298 turtle doves and 10,837 quails”, jiġifieri 33,135 għasfur.

Il-poplu jixraqlu jkun jaf x’inhi l-posizzjoni reali tal-Partit Laburista u kif wasal għall-kalkoli tiegħu.

Il-kalkoli tal-Gvern, ippubblikati fid-9 ta’ April u li qed jerġgħu ikunu pubblikati ma’ din l-istqarrija juru li 25,406 għasfur (13,071 gamiema u 12,335 summiena) fir-rebbiegħa huwa fil-limiti tad-Direttiva tal-Għasafar.

Il-Kummissjoni Ewropea għamilitha ċara li għadha ma taqbilx mal-pożizzjoni tal-Gvern Malti, u allura wisq anqas mar-rakkomandazzjoni tal-ORNIS.

Għalhekk il-Gvern iddecieda li għal din ir-rebbiegħa jagħti permess għall-qbid ta’ numru iżgħar. Dan għamlu sabiex it-taxxi tal-poplu Malti ma jmorrux biex jiġu mħallsa multi u sabiex ma jitlifx dak li ntrebaħ permezz tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ta’ Settembru li għadda.

Il-kalkolu ta’ 1% tar-rata ta’ mortalità annwali Il-kwota tal-kaċċa li hija bbażata fuq 1% tar-rata ta’ mortalità annwali tas-summien u l-gamiem li jpassu mill-Afrika ta’ Fuq għall-Ewropa. Il-kalkolu ġie bbażat fuq statistika miġbura mill-BirdLife International u jassumi li terz tal-popolazzjoni tal-ispeċi tas-summien u l-gamiem ipassu minn fuq Malta (peress li jeżistu tliet rotot ta’ migrazzjoni tal-għasafar mill-Ewropa għall-Afrika). Fl-Unjoni Ewropea l-breeding population tal-gamiem huwa ta’ 1.72 miljun par, filwaqt li l-breeding population tas-summien huwa ta’ 808,000 par.

Ittieħed in konsiderazzjoni l-fatt li l-gamiem iwelldu bejn tnejn u tliet friegħ filwaqt li s-summien iwelldu bejn erba’ u għaxar friegħ, u li r-rata ta’ mortalità tal-gamiem hija ta’ 64% għal friegħ fl-ewwel sena u 50% adulti (skond il-Kompendium der Vögel Mitteleuropas – KVM), kif ukoll 64% friegħ fl-ewwel sena u 50% adulti (skond is-sors tal-Birds of the Western Palearctic – BWP).

Il-kalkoli huma bbażati fuq l-aktar stima konservattiva biex jiġi assigurat l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-ispeċi tal-għasafar li jiġu identifikati għall-kaċċa. Fil-każ tal-gamiem, ġie kkalkulat minimum breeding success ta’ 733,866 (1.72 miljun par ÷ 3 rotot = 573,333 par jew 1,146,666 gamiema. 1,146,666 X 64% [mortality rate] = 733,866) u rata ta’ mortalità ta’ 573,333 gamiem fil-każ tal-adulti (1,146,666 X 50% [mortality rate of adults]). Dan ifisser total annual mortality ta’ 1,307,199 (i.e. 733,866 + 573,333). 1% tar-rata ta’ mortalità annwali (1,307,199 X 1%) tal-gamiem huwa ekwivalenti għal 13,071 gamiema.

Fil-każ tas-summien, ġie kkalkulat minimum breeding success ta’ 1,077,332 (808,000 par ÷ 3 rotot = 269,333 par jew 538,666 summiena. 1,077,332 X 80% [mortality rate] = 861,865) u rata ta’ mortalità ta’ 371,679 summiena fil-każ tal-adulti (538,666 X 69% [mortality rate of adults]). Dan ifisser total annual mortality ta’ 1,233,544 (i.e. 861,865 + 371,679). 1% tar-rata ta’ mortalità annwali (1,233,544 X 1%) tas-summien huwa ekwivalenti għal 12,335 summien.

Madankollu, ma kienx possibbli jintlaħaq ftehim mal-Kummissjoni fuq din il-proposta u għalhekk id-diskussjonijiet ser ikomplu fix-xhur li ġejjin. Minħabba f’hekk, il-Gvern iddeċieda li fis-sena 2010 jiftaħ l-istaġun limitat ħafna fir-rebbiegħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow