Left arrow Go Back

KOLLEZZJONI TA’ PITTURI BIŻ-ŻEJT MINN ARTISTI ĊINIŻI F’GĦAWDEX

PR0699
Date Icon 22/04/2010

Kollezzjoni ta’ sittin biċċa xogħol artistika bħalissa tinsab għall-wiri fis-swali ta’ l-esebizzjonijiet fiċ-Ċentru tal-Kultura u l-Arti fiċ-Ċittadella. Dan iċ-ċentru f’Għawdex qed jospita din il-wirja mtellgħa mill-Bureau tar-Relazzjonijiet Kulturali Barranin fi ħdan il-Ministeru tal-Kultura tar-Repubblika taċ-Ċina b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta. Il-Collection of Oil Paintings of Contemporaray Chinese Students, hija wirja ta’ xogħlijiet biż-żejt maħduma minn studenti tal-arti li għadhom kif iggradwaw minn akkademji prestiġjużi tal-arti fiċ-Ċina. Għandha l-għan li żżid l-għarfien dwar l-iżvilupp tal-pittura biż-żejt f’dan il-pajjiż u turi kif l-arti kontemporanja Ċiniża b’din it-teknika hija frott ta’ kif ġew mibdula jew amalgamati kulturi tradizzjonali flimkien ma’ ideat barranin. Fil-fatt il-kreazjonijiet ta’ dawn l-istudenti jirriflettu t-tradizzjoni u jagħtu wkoll impressjoni ta’ kif tista’ tiżviluppa l-arti f’pajjiżhom.

Din il-wirja qed iddur diversi pajjiżi madwar id-dinja fejn hemm stabbiliti ambaxxati jew ċentri kulturali tar-Republika taċ-Ċina. Fil-fatt il-wirja f’Għawdex qed issegwi dik li saret f’Malta u minn hawn hi mistennija tmur pajjiżi oħra fosthom il-Bulgarija u r-Renju Unit.

L-Onor. Frederick Azzopardi, Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, żar din il-wirja f’isem il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, fejn kien milqugħ mill-Attachè Kulturali Ċiniż f’Malta, Zheng Hao.

Minbarra li l-Collection of Oil Paintings of Contemporary Chinese Students hija attrazzjoni miżjuda għal dawk li jżuru lil Għawdex matul dawn il-jiem, qed tagħti wkoll opportunità biex id-dilettanti tal-arti jkunu jistgħu jesperjenzaw wirja ta’ livell għoli. Hija wkoll okkażjoni biex fost l-oħrajn, studenti tal-arti f’Għawdex iżuruha u jsiru jafu aktar dwar tekniċi u esperjenzi ta’ studenti sħabhom f’dan il-pajjiż ta’ kultura orjentali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow