Left arrow Mur Lura

ASSISTENZA GĦALL-MALTIN MAQBUDIN FIR-RENJU UNIT

PR0691
Date Icon 21/04/2010

F’dawn l-aħħar ġranet, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra pprovdiet assistenza kontinwa lil aktar minn mitejn Malti u Maltija li nqabdu fir-Renju Unit minħabba l-waqfien tat-traffiku tal-ajru Ewropew ikkawżat minn sħab tal-vulkan Iżlandiż li żbroffa.

Minn nhar il-Ħamis li għadda, meta t-titjiriet kollha waqfu joperaw, Maltin li nqabdu fir-Renju Unit bdew jikkuntattjaw lill-Kummissjoni Għolja għal assistenza varja. Il-Kummissjoni Għolja kienet qed tagħti informazzjoni dwar mezzi alternattivi ta’ trasport għal Malta, tgħin biex isiru arranġamenti, u żżomm lista ta’ dawk il-Maltin kollha li għamlu kuntatt u indikazzjoni tal-pjanijiet tagħhom tal-ivjaġġar lura lejn Malta. Biex tgħin lil dawk maqbuda fir-Renju Unit, il-Kummissjoni Għolja lbieraħ organizzat żewġ coaches biex ħadu aktar minn mitt ruħ mill-bini tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Piccadilly, Londra lejn Marsilja fi Franza – fejn saru arranġamenti mal-Air Malta sabiex ikun hemm ajruplan jistennihom u jeħodhom lura Malta llejla.

Il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta tavża li l-pjanijiet li kellha biex torganizza aktar  coaches lejn il-kontinent Ewropew tħassru peresss li mill-bieraħ bil-lejl reġgħu bdew joperaw titjiriet minn ajruporti fir-Renju Unit. Dawk il-Maltin li għadhom fir-Renju Unit huma mħeġġa jikkuntattjaw lil-linja tal-ajru tagħhom għal parir u biex jaqtgħu l-biljetti għal titjira lura lejn Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow