SENSIELA TA' 9 LAQGĦAT TA' DJALOGU
Minn nhar l-Erbgħa 28 ta’ April ser jibdew sensiela ta' disa' laqgħat ta' djalogu dwar il-ħidma tal-gvern li twettqet matul it-tieni sena ta’ din il-leġislatura u l-viżjoni tal-gvern għas-snin li ġejjin.
Id-djalogi se jsiru f'diversi lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex u huma organizzati mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. It-tema tad-djalogi hi: Xogħol - Ninvestu b'għaqal fik u fil-pajjiż.
F'dawn il-laqgħat, il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari u l-Assistenti Parlamentari se jiltaqgħu mal-pubbliku u jiddiskutu.
Il-laqgħat se jsiru kif indikat fit-tabella annessa. Il-pubbliku huwa nistieden jattendi għal dawn il-laqgħat. Il-pubbliku huwa informat li l-laqgħa li kellha ssir nhar il-Ġimgħa 23 ta’ April f’Għawdex ġiet posposta għall-Ħamis 27 ta’ Mejju.
Skeda tal-laqgħat
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990